|
+Artikolu 35 1. |
Artikolu 35 1.L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kredituri jeżerċitaw, fejn xieraq, tolleranza raġonevoli qabel ma jinbdew proċedimenti ta’ infurzar. Tali miżuri ta’ tolleranza għandhom iqisu, fost elementi oħra, iċ-ċirkostanzi individwali tal-konsumatur. Il-kredituri ma għandhomx ikunu mitluba joffru miżuri ta’ tolleranza b’mod ripetut lill-konsumaturi, jekk mhux f’każijiet ġustifikati. Il-kredituri ma għandhomx ikunu mitluba jwettqu valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja f’konformità mal-Artikolu 18 meta jimmodifikaw it-termini u l-kundizzjonijiet eżistenti ta’ ftehim ta’ kreditu f’konformità mat-tielet subparagrafu, il-punt (b) ta’ dan il-paragrafu, dment li l-ammont totali pagabbli mill-konsumatur ma jiżdiedx b’mod sinifikanti meta jiġi modifikat il-ftehim ta’ kreditu. Il-miżuri ta’ tolleranza msemmija fl-ewwel subparagrafu:
(a)
jistgħu jinkludu, fost possibiltajiet oħrajn, rifinanzjament totali jew parzjali ta’ ftehim ta’ kreditu;
(b)
għandhom jinkludu modifika tat-termini u l-kundizzjonijiet eżistenti ta’ ftehim ta’ kreditu, li tista’, fost possibiltajiet oħrajn, tinkludi:
(i)
estensjoni tat-terminu tal-ftehim ta’ kreditu;
(ii)
bidla fit-tip tal-ftehim ta’ kreditu;
(iii)
differiment tal-ħlas ta’ parti mill-pagamenti rateali jew tal-pagamenti rateali kollha għal perjodu;
(iv)
tnaqqis tar-rata tas-self;
(v)
offerta ta’ moratorju fuq il-ħlasijiet;
(vi)
ħlasijiet lura parzjali;
(vii)
kambju tal-munita;
(viii)
kanċellazzjoni parzjali u konsolidazzjoni tad-dejn. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|