+Artikolu 19b
---+Artikolu 19b 1.
---+Artikolu 19b 2.
---+Artikolu 19b 3.
|
Artikolu 19b
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 19b 1.
|
Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 19, fir-rigward ta’ relazzjonijiet korrispondenti transfruntiera li jinvolvu l-eżekuzzjoni ta’ servizzi tal-kriptoassi kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (16), tar-Regolament (UE) 2023/1114, ħlief għall-punt (h) ta’ dak il-punt, ma’ fornitur rispondenti mhux stabbilit fl-Unjoni u li jipprovdi servizzi simili, inkluż trasferimenti ta’ kriptoassi, l-Istati Membri għandhom, minbarra l-miżuri ta’ diliġenza dovuta tal-klijenti stabbiliti fl-Artikolu 13 ta’ din id-Direttiva, jirrikjedu li l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi, meta jidħlu f’relazzjoni ta’ negozju ma’ tali entità:
(a)
jiddeterminaw jekk l-entità rispondenti hijiex liċenzjata jew irreġistrata;
(b)
jiġbru biżżejjed informazzjoni dwar l-entità rispondenti sabiex jifhmu b’mod sħiħ in-natura tan-negozju tar-rispondenti u sabiex jiddeterminaw ir-reputazzjoni tal-entità u l-kwalità tas-superviżjoni minn informazzjoni pubblikament disponibbli;
(c)
jivvalutaw il-kontrolli tal-AML/CFT tal-entità rispondenti;
(d)
jiksbu approvazzjoni mill-maniġment superjuri qabel ma jistabbilixxu relazzjonijiet korrispondenti ġodda;
(e)
jiddokumentaw ir-responsabbiltajiet rispettivi ta’ kull parti għar-relazzjoni korrispondenti;
(f)
fir-rigward ta’ pagamenti permezz ta’ trasferimenti minn kontijiet tal-kriptoassi, ikunu sodisfatti li l-entità rispondenti tkun ivverifikat l-identità tal-klijenti u pprattikat id-diliġenza dovuta kontinwata tal-klijenti li jkollhom aċċess dirett għall-kontijiet tal-entità korrispondenti, u li tkun kapaċi tipprovdi data rilevanti għall-finijiet tad-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti fuq talba tal-entità korrispondenti.
Meta l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi jiddeċiedu li jtemmu relazzjonijiet korrispondenti għal raġunijiet relatati mal-politika kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, huma għandhom jiddokumentaw u jirreġistraw id-deċiżjoni tagħhom. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi għandhom jaġġornaw l-informazzjoni dwar id-diliġenza dovuta għar-relazzjoni korrispondenti fuq bażi regolari jew meta jitfaċċaw riskji ġodda fir-rigward tal-entità rispondenti.
|
|
Artikolu 19b 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi jqisu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 sabiex jiddeterminaw, fuq bażi ta’ sensittività għar-riskji, il-miżuri xierqa li għandhom jittieħdu biex jittaffew ir-riskji assoċjati mal-entità rispondenti.
|
|
Artikolu 19b 3.
|
Sat-30 ta’ Ġunju 2024, l-EBA għandha toħroġ linji gwida biex tispeċifika l-kriterji u l-elementi li l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi għandhom iqisu meta titwettaq il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u l-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji msemmija fil-paragrafu 2, inkluż l-azzjoni minima li għandha tittieħed mill-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi fejn l-entità rispondenti ma tkunx irreġistrata jew liċenzjata.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L0849
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|