|
+Artikolu 19b 1. |
Artikolu 19b 1.Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 19, fir-rigward ta’ relazzjonijiet korrispondenti transfruntiera li jinvolvu l-eżekuzzjoni ta’ servizzi tal-kriptoassi kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (16), tar-Regolament (UE) 2023/1114, ħlief għall-punt (h) ta’ dak il-punt, ma’ fornitur rispondenti mhux stabbilit fl-Unjoni u li jipprovdi servizzi simili, inkluż trasferimenti ta’ kriptoassi, l-Istati Membri għandhom, minbarra l-miżuri ta’ diliġenza dovuta tal-klijenti stabbiliti fl-Artikolu 13 ta’ din id-Direttiva, jirrikjedu li l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi, meta jidħlu f’relazzjoni ta’ negozju ma’ tali entità:
(a)
jiddeterminaw jekk l-entità rispondenti hijiex liċenzjata jew irreġistrata;
(b)
jiġbru biżżejjed informazzjoni dwar l-entità rispondenti sabiex jifhmu b’mod sħiħ in-natura tan-negozju tar-rispondenti u sabiex jiddeterminaw ir-reputazzjoni tal-entità u l-kwalità tas-superviżjoni minn informazzjoni pubblikament disponibbli;
(c)
jivvalutaw il-kontrolli tal-AML/CFT tal-entità rispondenti;
(d)
jiksbu approvazzjoni mill-maniġment superjuri qabel ma jistabbilixxu relazzjonijiet korrispondenti ġodda;
(e)
jiddokumentaw ir-responsabbiltajiet rispettivi ta’ kull parti għar-relazzjoni korrispondenti;
(f)
fir-rigward ta’ pagamenti permezz ta’ trasferimenti minn kontijiet tal-kriptoassi, ikunu sodisfatti li l-entità rispondenti tkun ivverifikat l-identità tal-klijenti u pprattikat id-diliġenza dovuta kontinwata tal-klijenti li jkollhom aċċess dirett għall-kontijiet tal-entità korrispondenti, u li tkun kapaċi tipprovdi data rilevanti għall-finijiet tad-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti fuq talba tal-entità korrispondenti. Meta l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi jiddeċiedu li jtemmu relazzjonijiet korrispondenti għal raġunijiet relatati mal-politika kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, huma għandhom jiddokumentaw u jirreġistraw id-deċiżjoni tagħhom. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi għandhom jaġġornaw l-informazzjoni dwar id-diliġenza dovuta għar-relazzjoni korrispondenti fuq bażi regolari jew meta jitfaċċaw riskji ġodda fir-rigward tal-entità rispondenti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|