+Artikolu 34
---+Artikolu 34 1.
---+Artikolu 34 2.
---+Artikolu 34 3.
|
Artikolu 34
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 34 1.
|
B'deroga mill-Artikolu 33(1), l-Istati Membri jistgħu, fil-każ tal-entitajiet marbuta b'obbligu msemmija fil-punt 3(a), (b), u (d) tal-Artikolu 2(1) jinnominaw korp awtoregolatorju adatt tal-professjoni kkonċernata bħala l-awtorità li għandha tirċievi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 33(1). Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, fil-każijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, il-korp awtoregolatorju nominat għandu jgħaddi l-informazzjoni lill-UIF minnufih u eżatt kif inhi.
|
|
Artikolu 34 2.
|
L-Istati Membri ma għandhomx japplikaw l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 33(1) għal nutara, professjonisti legali indipendenti oħrajn, awdituri, kontabilisti esterni u konsulenti fiskali, sal-punt strettament biss fejn din l-eżenzjoni tkun marbuta mal-informazzjoni li huma jirċievu minn, jew jiksbu dwar, xi wieħed mill-klijenti tagħhom, meta jkunu qegħdin jiddeterminaw il-pożizzjoni legali tal-klijent tagħhom, jew fit-twettiq tal-kompitu tagħhom li jiddefendu jew jirrappreżentaw lil dak il-klijent fi proċedimenti ġudizzjarji jew fir-rigward tagħhom, inklużi l-għoti ta' pariri dwar il-ftuħ jew l-evitar ta' tali proċedimenti, sew jekk tali informazzjoni tasal jew tinkiseb qabel, matul jew wara dawn il-proċedimenti.
|
|
Artikolu 34 3.
|
Korpi awtoregolatorji nnominati minn Stati Membri għandhom jippubblikaw rapport annwali li jkun fih informazzjoni dwar:
(a)
il-miżuri meħuda skont l-Artikoli 58, 59 u 60;
(b)
in-numru ta’ rapporti ta’ ksur riċevuti kif imsemmi fl-Artikolu 61, fejn applikabbli;
(c)
in-numru ta’ rapporti li waslu għand korp awtoregolatorju kif imsemmi fil-paragrafu 1 u n-numru ta’ rapporti mibgħuta minn korp awtoregolatorju lill-UIF fejn applikabbli;
(d)
fejn applikabbli, in-numru u d-deskrizzjoni ta’ miżuri mwettqa skont l-Artikolu 47 u 48 għall-monitoraġġ tal-konformità mill-entitajiet marbutin b’obbligu mal-obbligi tagħhom taħt:
(i)
l-Artikoli 10 sa 24 (diliġenza dovuta tal-klijenti);
(ii)
l-Artikoli 33, 34 u 35 (rappurtar ta’ tranżazzjonijiet suspettużi);
(iii)
l-Artikolu 40 (żamma ta’ rekords); u
(iv)
l-Artikoli 45 u 46 (kontrolli interni).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L0849
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|