|
+ANNESS III |
ANNESS III
ANNESS III Din li ġejja hija lista mhux eżawrjenti ta' fatturi u tipi ta' evidenza ta' riskju potenzjalment ogħla msemmi fl-Artikolu 18(3):
(1)
Fatturi ta' riskju tal-klijenti:
(a)
ir-relazzjoni ta' negozju titwettaq f'ċirkustanzi mhux tas-soltu;
(b)
klijenti li huma residenti f'żoni ġeografiċi ta' riskju ogħla kif indikat fil-punt (3);
(c)
persuni jew arranġamenti ġuridiċi li huma strutturi ta' żamma ta' assi personali;
(d)
kumpanniji li għandhom azzjonisti nominati jew ishma f'forma ta' bearer;
(e)
negozji li huma kkaratterizzati mill-intensità tal-flus kontanti;
(f)
l-istruttura tas-sjieda tal-kumpannija tidher mhux tas-soltu jew eċċessivament kumplessa meta wieħed iqis n-natura tan-negozju tal-kumpannija;
(g)
il-klijent huwa ċittadin ta’ pajjiż terz li japplika għad-drittijiet ta’ residenza jew għaċ-ċittadinanza fl-Istat Membru inkambju ta’ trasferimenti kapitali, xiri ta’ proprjetà jew bonds tal-gvern, jew investiment f’entitajiet korporattivi f’dak l-Istat Membru;
(2)
Fatturi ta' riskju tal-prodotti, is-servizzi, it-transazzjonijiet jew il-kanali tad-distribuzzjoni:
(a)
servizzi bankarji privati;
(b)
prodotti jew transazzjonijiet li jistgħu jiffavorixxu l-anonimità;
(c)
relazzjonijiet ta’ negozju jew tranżazzjonijiet mhux wiċċ imb wiċċ, mingħajr ċerti salvagwardji, bħal mezzi tal-identifikazzjoni elettronika jew servizzi fiduċjarji rilevanti kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 910/2014, jew kwalunkwe proċess ieħor ta’ identifikazzjoni sigura, remota jew elettroniku, irregolat, rikonoxxut, approvat jew aċċettat mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali;
(d)
ħlas riċevut minn partijiet terzi mhux magħrufin jew mhux assoċjati;
(e)
prodotti ġodda u prattiki ġodda ta' negozju, inkluż mekkaniżmu ġdid ta' kunsinna, u l-użu ta' teknoloġiji ġodda jew li qed jiġu żviluppati kemm għal prodotti ġodda u dawk eżistenti minn qabel;
(f)
tranżazzjonijiet li jirrigwardaw iż-żejt, l-armi, il-metalli prezzjużi, il-prodotti tat-tabakk, l-artefatti kulturali u oġġetti oħrajn ta’ importanza arkeoloġika, storika, kulturali u reliġjuża, jew ta’ valur xjentifiku rari, kif ukoll l-avorju u speċi protetti;
(3)
Fatturi ta' riskju ġeografiċi:
(a)
mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9, il-pajjiżi identifikati minn sorsi kredibbli, bħal evalwazzjonijiet reċiproċi, rapporti ta' valutazzjoni dettaljati jew rapporti ta' segwitu ppubblikati, bħala li m'għandhomx sistemi tal-AML/CFT effettivi;
(b)
pajjiżi identifikati minn sorsi kredibbli bħala pajjiżi b'livelli sinifikanti ta' korruzzjoni jew attività kriminali oħra;
(c)
pajjiżi soġġetti għal sanzjonijiet, embargos jew miżuri simili, pereżempju dawk maħruġa mill-Unjoni jew min-Nazzjonijiet Uniti;
(d)
pajjiżi li jipprovdu finanzjament jew appoġġ għal attivitajiet terroristiċi, jew dawk li fihom joperaw organizzazzjonijiet terroristiċi identifikati. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|