+Artikolu 8a Rekwiżiti speċifiċi għall-awtorizzazzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu msemmija fil-punt (1)(b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
---+Artikolu 8a 1.
---+Artikolu 8a 2.
---+Artikolu 8a 3.
---+Artikolu 8a 3a.
---+Artikolu 8a 4.
---+Artikolu 8a 5.
---+Artikolu 8a 6.
---+Artikolu 8a 7.
---+Artikolu 8a 8.

Artikolu 8a Rekwiżiti speċifiċi għall-awtorizzazzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu msemmija fil-punt (1)(b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8a 1.

L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-intrapriżi msemmija fil-punt (1)(b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li diġà kisbu awtorizzazzjoni skont it-Titolu II tad-Direttiva 2014/65/UE biex jippreżentaw applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni f'konformità mal-Artikolu 8, sa mhux aktar tard mill-jum li fih iseħħ wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

il-medja tal-assi totali fix-xahar, ikkalkulata fuq perijodu ta' 12-il xahar konsekuttiv, tkun ugwali għal jew taqbeż it-EUR 30 biljun; jew

▼M11

(b) 

il-medja tal-assi totali fix-xahar ikkalkulata fuq perjodu ta’ 12-il xahar konsekuttivi hija inqas minn EUR 30 biljun, u l-impriża tkun parti minn grupp li fih il-valur totali tal-assi konsolidati tal-impriżi kollha fil-grupp stabbilit fl-Unjoni, inkluż kwalunkwe waħda mill-fergħat u s-sussidjarji tagħhom stabbiliti f’pajjiż terz, li individwalment ikollhom assi totali ta’ inqas minn EUR 30 biljun u li jwettqu kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Anness I, it-Taqsima A, il-punti (3) u (6), tad-Direttiva 2014/65/UE ikun ugwali għal jew jaqbeż l-EUR 30 biljun, it-tnejn li huma ikkalkulati bħala medja fuq perjodu ta’ 12-il xahar konsekuttivi.

▼M6

Artikolu 8a 2.
L-intrapriżi msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jistgħu jkomplu jwettqu l-attivitajiet imsemmija fil-punt (1)(b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 sakemm jiksbu l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 8a 3.
B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-intrapriżi msemmija fil-punt (1)(b) tal-Artikolu 4(1)) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li fi tat-24 ta' Diċembru 2019 iwettqu attivitajiet bħala ditti tal-investiment awtorizzati skont id-Direttiva 2014/65/UE għandhom japplikaw għal awtorizzazzjoni f'konformità mal-Artikolu 8 ta' din id-Direttiva sa tat-27 ta' Diċembru 2020.
Artikolu 8a 3a.
B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, abbażi tal-applikazzjoni riċevuta f’konformità ma’ dak il-paragrafu u l-informazzjoni riċevuta f’konformità mal-Artikolu 95a tad-Direttiva 2014/65/UE, l-awtorità kompetenti tista’, wara li tirċievi talba minn impriża msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, tirrinunzja għar-rekwiżit li tinkiseb awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ kreditu skont l-Artikolu 8 ta’ din id-Direttiva għal dik l-impriża.

Malli tirċievi talba għal eżenzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-ABE b’dan. L-ABE għandha toħroġ opinjoni dwar dik it-talba għal eżenzjoni fi żmien xahar min-notifika mill-awtorità kompetenti. L-awtorità kompetenti għandha tieħu deċiżjoni dwar it-talba għal eżenzjoni, filwaqt li tqis l-opinjoni tal-ABE u mill-inqas l-elementi li ġejjin:

(a) 

meta l-impriża tkun parti minn grupp, l-istruttura organizzazzjonali tal-grupp, il-prattiki prevalenti ta’ reġistrazzjoni fil-kotba fil-grupp u l-allokazzjoni tal-assi fost l-entitajiet tal-grupp;

(b) 

in-natura, id-daqs u l-kumplessità tal-attivitajiet imwettqa mill-impriża fl-Istat Membru fejn hija stabbilita u fl-Unjoni kollha kemm hi;

(c) 

l-importanza tal-attivitajiet imwettqa mill-impriża fl-Istat Membru fejn hija stabbilita u fl-Unjoni kollha kemm hi, u r-riskju sistemiku maħluq minnhom.

Meta d-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti tiddevja mill-opinjoni pprovduta mill-ABE, l-awtorità kompetenti għandha tiddikjara r-raġunijiet għad-devjazzjoni fid-deċiżjoni tagħha.

L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika d-deċiżjoni tagħha lill-impriża kkonċernata u lill-ABE. L-ABE għandha tippubblika dik id-deċiżjoni, flimkien mal-opinjoni tagħha fuq is-sit web tagħha.

L-awtorità kompetenti għandha tivvaluta mill-ġdid id-deċiżjoni tagħha kull tliet snin.

Artikolu 8a 4.
Meta l-awtorità kompetenti, wara li tirċievi l-informazzjoni f'konformità mal-Artikolu 95a tad-Direttiva 2014/65/UE, tiddetermina li impriża tkun ser tiġi awtorizzata bħala istituzzjoni ta' kreditu f'konformità mal-Artikolu 8 ta' din id-Direttiva, din għandha tinnotifika lill-impriża u lill-awtorità kompetenti kif definit fil-punt (26) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE u għandha tikseb il-proċedura ta' awtorizzazzjoni mid-data ta' dik in-notifika.
Artikolu 8a 5.
F'każijiet ta' awtorizzazzjoni mill-ġdid, l-awtorità kompetenti awtorizzanti għandha tiżgura li l-proċess huwa ssimplifikat kemm jista' jkun u li jittieħed kont tal-informazzjoni mill-awtorizzazzjonijiet eżistenti.
Artikolu 8a 6.

L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

(a) 

l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-impriża lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, inkluż il-programm tal-operazzjonijiet stabbilit fl-Artikolu 10;

(b) 

il-metodoloġija għall-kalkolu tal-livelli limitu msemmija fil-paragrafu 1.

Is-setgħa hi ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa tat-26 ta' Diċembru 2020.

Artikolu 8a 7.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar l-elementi li għandhom jiġu kkunsidrati mill-awtorità kompetenti meta tiddeċiedi jekk tagħtix eżenzjoni skont il-paragrafu 3a, filwaqt li tqis, b’mod partikolari, il-materjalità tar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti li għalih tkun esposta impriża.

L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Jannar 2026.

Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 8a 8.
Sal-31 ta’ Diċembru 2028, l-ABE għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni dwar l-użu tal-eżenzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 3a ta’ dan l-Artikolu kif ukoll dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 4(1), il-punt (1)(b)(iii), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.