+Artikolu 21a 1.

Artikolu 21a 1.

Kumpaniji azzjonarji finanzjarji prinċipali fi Stat Membru, kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta prinċipali fi Stat Membru, kumpaniji azzjonarji finanzjarji prinċipali tal-UE u kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta prinċipali tal-UE għandhom jitolbu l-approvazzjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu. Kumpaniji azzjonarji finanzjarji jew kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta oħrajn għandhom jitolbu l-approvazzjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu meta jkunu meħtieġa jikkonformaw ma’ din id-Direttiva jew mar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi subkonsolidata jew fejn ikunu nnominati bħala responsabbli biex jiżguraw il-konformità tal-grupp mar-rekwiżiti prudenzjali fuq bażi konsolidata kif imsemmi fil-paragrafu 4, il-punt (c), ta’ dan l-Artikolu.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fuq bażi regolari, u fi kwalunkwe każ mill-inqas darba fis-sena, jirrieżaminaw l-impriżi prinċipali ta’ istituzzjoni sabiex jivverifikaw jekk dik l-istituzzjoni, l-entità li titlob awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 8, jew l-entità nominata bħala responsabbli għall-iżgurar tal-konformità tal-grupp mar-rekwiżiti prudenzjali fuq bażi konsolidata (l-“entità nnominata”) tkunx identifikat b’mod korrett kwalunkwe impriża li tikkonforma mal-kriterji li għandhom jitqiesu bħala kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali fi Stat Membru, kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru, kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE.

Għall-finijiet tat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, fejn l-impriżi prinċipali jkunu jinsabu fi Stati Membri oħrajn għajr l-Istat Membru li fih tkun stabbilita l-istituzzjoni, l-entità li titlob awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 8 jew l-entità nnominata, l-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk l-Istati Membri għandhom jikkooperaw mill-qrib biex iwettqu r-rieżami.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw fuq is-siti web tagħhom, u jaġġornaw fuq bażi annwali, lista ta’ kumpaniji azzjonarji finanzjarji u kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta li jkunu ngħataw approvazzjoni jew li jkunu ġew eżentati mill-approvazzjoni fl-Istat Membru f’konformità ma’ dan l-Artikolu. Fejn tkun ingħatat eżenzjoni mill-approvazzjoni, il-lista għandha tindika wkoll l-entità nnominata.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.