|
+Artikolu 21a 8. |
Artikolu 21a 8.
►M11
Meta s-superviżur konsolidanti jkun differenti mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn il-kumpanija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta tkun stabbilita, iż-żewġ awtoritajiet għandhom jaħdmu flimkien b’konsultazzjoni sħiħa għall-fini tat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni, l-eżenzjoni mill-approvazzjoni u l-esklużjoni mill-perimetru ta’ konsolidazzjoni msemmi fil-paragrafi 3, 4 u 4a u dwar il-miżuri superviżorji msemmija fil-paragrafi 6 u 7. Is-superviżur konsolidanti għandu jħejji valutazzjoni dwar il-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafi 3, 4, 4a, 6 u 7, kif applikabbli, u għandu jibgħat dik il-valutazzjoni lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-kumpanija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta. Iż-żewġ awtoritajiet għandhom jagħmlu dak kollu li hu fis-setgħa tagħhom biex jaslu għal deċiżjoni konġunta fi żmien xahrejn minn meta jirċievu dik il-valutazzjoni. ◄
Fil-każ li tittieħed deċiżjoni konġunta, meta s-superviżur konsolidanti jkun differenti mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-kumpanija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta, id-deċiżjoni konġunta għandha tiġi implimentata wkoll jew, fejn permess skont il-liġi nazzjonali, għandha tapplika direttament fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-kumpanija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta. Id-deċiżjoni konġunta għandha tiġi debitament dokumentata u motivata. Is-superviżur konsolidanti għandu jikkomunika d-deċiżjoni konġunta lill-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew lill-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta. Fil-każ ta' nuqqas ta' qbil, is-superviżur konsolidanti jew l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta għandu joqgħod lura milli jieħu deċiżjoni u għandu jirreferi l-kwistjoni lill-ABE f'konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar mill-wasla tar-riferiment lill-ABE. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jadottaw deċiżjoni konġunta f'konformità mad-deċiżjoni tal-ABE. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferita lill-ABE wara tmiem il-perijodu ta' xahrejn jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|