|
+Artikolu 21b 10. |
Artikolu 21b 10.Sat-28 ta' Ġunju 2021, l-ABE għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar it-trattament tal-fergħat ta' pajjiżi terzi skont il-liġi nazzjonali tal-Istati Membri. Dak ir-rapport, tal-anqas, għandu jqis:
(a)
jekk u sa liema punt il-prattiki superviżorji skont il-liġi nazzjonali għall-fergħat ta' pajjiżi terzi humiex differenti bejn l-Istati Membri;
(b)
jekk trattament differenti tal-fergħat ta' pajjiżi terzi skont il-liġi nazzjonali jistax jirriżulta f'arbitraġġ regolatorju;
(c)
jekk armonizzazzjoni ulterjuri tar-reġimi nazzjonali għall-fergħat ta' pajjiżi terzi tkunx neċessarja u adatta, speċjalment fir-rigward ta' fergħat sinifikanti ta' pajjiżi terzi. Il-Kummissjoni għandha, jekk adatt, tippreżenta proposta leġislattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ibbażata fuq ir-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-ABE. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|