+Artikolu 21b Impriża prinċipali intermedja tal-UE
---+Artikolu 21b 1.
---+Artikolu 21b 2.
---+Artikolu 21b 3.
---+Artikolu 21b 4.
---+Artikolu 21b 5.
---+Artikolu 21b 6.
---+Artikolu 21b 6a.
---+Artikolu 21b 7.
---+Artikolu 21b 8.
---+Artikolu 21b 9.
---+Artikolu 21b 10.

Artikolu 21b Impriża prinċipali intermedja tal-UE

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 21b 1.
Żewġ istituzzjonijiet jew aktar fl-Unjoni, li jkunu parti mill-istess grupp minn pajjiż terz, għandu jkollhom impriża prinċipali intermedja unika tal-UE stabbilita fl-Unjoni.
Artikolu 21b 2.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 li jkollhom żewġ impriżi prinċipali intermedji tal-UE fejn huma jiddeterminaw li l-istabbiliment ta' impriża prinċipali intermedja unika tal-UE ikun:

(a) 

inkompatibbli ma' rekwiżit obbligatorju għas-separazzjoni tal-attivitajiet imposti mir-regoli jew l-awtoritajiet superviżorji tal-pajjiż terz fejn l-impriża prinċipali aħħarija tal-grupp minn pajjiż terz ikollha l-uffiċċju prinċipali tagħha; jew

(b) 

jagħmel ir-riżolvibbiltà anqas effiċjenti milli fil-każ ta' żewġ impriżi prinċipali intermedji tal-UE skont valutazzjoni mwettqa mill-awtorità ta' riżoluzzjoni kompetenti tal-impriża prinċipali intermedja tal-UE.

Artikolu 21b 3.
Impriża prinċipali intermedja tal-UE għandha tkun istituzzjoni ta' kreditu awtorizzata f'konformità mal-Artikolu 8, jew kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta li tkun ingħatat l-approvazzjoni f'konformità mal-Artikolu 21a.

Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, fejn l-ebda waħda mill-istituzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma tkun istituzzjoni ta' kreditu jew fejn it-tieni impriża prinċipali intermedja tal-UE trid tiġi stabbilita b'rabta ma' attivitajiet ta' investiment biex tikkonforma ma' rekwiżit obbligatorju kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-impriża prinċipali intermedja tal-UE jew it-tieni impriża prinċipali intermedja tal-UE, tista' tkun ditta tal-investiment awtorizzata f'konformità mal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2014/65/UE li huwa soġġett għad-Direttiva 2014/59/UE.

Artikolu 21b 4.
Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw fejn il-valur totali tal-assi fl-Unjoni tal-grupp minn pajjiż terz ikun anqas minn EUR 40 biljun.
Artikolu 21b 5.

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu:

(a) 

il-valur totali tal-assi fl-Unjoni tal-grupp ta' pajjiż terz għandu jkun it-total ta' dan li ġej:

(i) 

il-valur totali tal-assi ta' kull istituzzjoni fl-Unjoni tal-grupp ta' pajjiż terz, kif jirriżulta mill-karta tal-bilanċ konsolidata tagħha jew kif jirriżulta mill-karti tal-bilanċ individwali tagħhom, fejn il-karta tal-bilanċ ta' istituzzjoni ma tkunx konsolidata; u

(ii) 

il-valur totali tal-assi ta' kull fergħa tal-grupp ta' pajjiż terz awtorizzat fl-Unjoni f'konformità ma' din id-Direttiva, ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ) jew id-Direttiva 2014/65/UE;

(b) 

it-terminu “istituzzjoni” għandu jinkludi wkoll ditti tal-investiment.

Artikolu 21b 6.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward ta' kull grupp minn pajjiż terz li jopera fil-ġurisdizzjoni tagħhom lill-ABE:

(a) 

l-ismijiet u l-valur totali tal-assi tal-istituzzjonijiet sorveljati li jappartjenu għal grupp minn pajjiż terz;

(b) 

l-ismijiet u l-valur totali tal-assi li jikkorrispondu għall-fergħat awtorizzati f'dak l-Istat Membru f'konformità ma' din id-Direttiva, mad-Direttiva 2014/65/UE jew mar-Regolament (UE) Nru 600/2014, u t-tipi ta' attivitajiet li jkunu awtorizzati jwettqu;

(c) 

l-isem u t-tip kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta' kwalunkwe impriża prinċipali intermedja tal-UE stabbilita f'dak l-Istat Membru u l-isem tal-grupp minn pajjiż terz li tagħmel parti minnu.

Artikolu 21b 6a.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika l-formati u d-definizzjonijiet uniformi, u għandha tiżviluppa s-soluzzjonijiet tal-IT uniformi li għandhom jiġu applikati fl-Unjoni, għar-rappurtar tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 6.

L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Jannar 2026.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 21b 7.
L-ABE għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha lista tal-gruppi minn pajjiż terz kollha li joperaw fl-Unjoni u l-impriża jew l-impriżi prinċipali intermedji tal-UE tagħhom, fejn applikabbli.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li kull istituzzjoni taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom li tkun parti minn grupp minn pajjiż terz tissodisfa waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

għandha impriża prinċipali intermedja tal-UE;

(b) 

hija impriża prinċipali intermedja tal-UE;

(c) 

tkun l-unika istituzzjoni fl-Unjoni tal-grupp minn pajjiż terz; jew

(d) 

tkun parti minn grupp minn pajjiż terz b' valur totali ta' assi fl-Unjoni ta' anqas minn EUR 40 biljun.

Artikolu 21b 8.
Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, il-gruppi minn pajjiżi terzi li joperaw permezz ta’ aktar minn istituzzjoni waħda fl-Unjoni u b’valur totali tal-assi fl-Unjoni ugwali għal jew aktar minn EUR 40 biljun fis-27 ta’ Ġunju 2019 għandu jkollhom impriża prinċipali intermedja tal-UE jew, jekk japplika l-paragrafu 2, żewġ impriżi prinċipali intermedji tal-UE sat-30 ta' Diċembru 2023.
Artikolu 21b 9.

Sat-30 ta' Diċembru 2026 il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta l-ABE, tirrieżamina r-rekwiżiti imposti fuq l-istituzzjonijiet minn dan l-Artikolu u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport, tal-anqas, għandu jqis:

(a) 

jekk ir-rekwiżiti stipulati f'dan l-Artikolu humiex operabbli, meħtieġa u proporzjonati u jekk ikunux aktar adatti miżuri oħra;

(b) 

jekk ir-rekwiżiti imposti fuq l-istituzzjonijiet minn dan l-Artikolu għandhomx jiġu riveduti biex jirriflettu l-aħjar prassi internazzjonali.

Artikolu 21b 10.

Sat-28 ta' Ġunju 2021, l-ABE għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar it-trattament tal-fergħat ta' pajjiżi terzi skont il-liġi nazzjonali tal-Istati Membri. Dak ir-rapport, tal-anqas, għandu jqis:

(a) 

jekk u sa liema punt il-prattiki superviżorji skont il-liġi nazzjonali għall-fergħat ta' pajjiżi terzi humiex differenti bejn l-Istati Membri;

(b) 

jekk trattament differenti tal-fergħat ta' pajjiżi terzi skont il-liġi nazzjonali jistax jirriżulta f'arbitraġġ regolatorju;

(c) 

jekk armonizzazzjoni ulterjuri tar-reġimi nazzjonali għall-fergħat ta' pajjiżi terzi tkunx neċessarja u adatta, speċjalment fir-rigward ta' fergħat sinifikanti ta' pajjiżi terzi.

Il-Kummissjoni għandha, jekk adatt, tippreżenta proposta leġislattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ibbażata fuq ir-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-ABE.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.