+Artikolu 27c Kooperazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 27c 1.
---+Artikolu 27c 2.
---+Artikolu 27c 3.
---+Artikolu 27c 4.
---+Artikolu 27c 5.
|
Artikolu 27c Kooperazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 27c 1.
|
L-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta l-awtoritajiet fdati bid-dmir pubbliku li jissorveljaw entitajiet oħra tas-settur finanzjarju kkonċernati meta twettaq il-valutazzjoni prevista fl-Artikolu 27b(1) meta l-akkwist propost jikkonċerna waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
istituzzjoni ta’ kreditu, impriża tal-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni, ditta tal-investiment jew kumpanija tal-immaniġġjar tal-assi, awtorizzata fi Stat Membru ieħor jew f’settur differenti minn dak tal-akkwirent propost;
(b)
impriża prinċipali ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, ta’ impriża tal-assigurazzjoni, ta’ impriża tar-riassigurazzjoni, ta’ ditta tal-investiment jew ta’ kumpanija tal-immaniġġjar tal-assi, awtorizzata fi Stat Membru ieħor jew f’settur differenti minn dak tal-akkwirent propost;
(c)
persuna ġuridika li tikkontrolla istituzzjoni ta’ kreditu, impriża tal-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni, ditta tal-investiment jew kumpanija tal-immaniġġjar tal-assi, awtorizzata fi Stat Membru ieħor jew f’settur differenti minn dak li fih ikun propost l-akkwist.
|
|
Artikolu 27c 2.
|
Meta l-akkwirent propost ikun istituzzjoni u l-livell limitu msemmi fl-Artikolu 27a(2) jinqabeż biss fuq bażi individwali, l-awtorità kompetenti li tivvaluta l-akkwist propost għandha tinnotifika lis-superviżur konsolidanti dwar l-akkwist propost fi żmien 10 ijiem ta’ xogħol wara li tirċievi n-notifika mill-akkwirent propost, jekk l-akkwirent propost ikun parti minn grupp u l-awtorità kompetenti tkun differenti mis-superviżur konsolidanti. L-awtorità kompetenti għandha tibgħat ukoll il-valutazzjoni tagħha lis-superviżur konsolidanti. Meta l-akkwirent propost ikun kumpanija azzjonarja finanzjarja jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 21a(1), is-superviżur konsolidanti li jivvaluta l-akkwist propost għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn l-akkwirent propost ikun stabbilit bl-akkwist propost fi żmien 10 ijiem ta’ xogħol wara li jirċievi n-notifika mill-akkwirent propost, jekk dik l-awtorità kompetenti tkun differenti mis-superviżur konsolidanti. Is-superviżur konsolidanti għandu jibgħat ukoll il-valutazzjoni tiegħu lil dik l-awtorità kompetenti. Meta l-akkwirent propost ikun istituzzjoni u l-livell limitu msemmi fl-Artikolu 27a(2) jinqabeż kemm fuq bażi individwali kif ukoll fuq bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-grupp, l-awtorità kompetenti u s-superviżur konsolidanti li jivvaluta l-akkwist propost għandhom ifittxu li jikkoordinaw il-valutazzjonijiet tagħhom, b’mod partikolari fir-rigward tal-konsultazzjoni tagħhom mal-awtoritajiet rilevanti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 27c 3.
|
Meta l-valutazzjoni tal-akkwist propost tkun teħtieġ li titwettaq mis-superviżur konsolidanti msemmi fl-Artikolu 27a(3) u s-superviżur konsolidanti jkun differenti mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit l-akkwirent propost, iż-żewġ awtoritajiet għandhom jaħdmu flimkien b’konsultazzjoni sħiħa. Is-superviżur konsolidanti għandu jħejji valutazzjoni dwar l-akkwist propost u jibgħat dik il-valutazzjoni lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit l-akkwirent propost. Iż-żewġ awtoritajiet għandhom jagħmlu dak kollu li hu fis-setgħa tagħhom biex jaslu għal deċiżjoni konġunta fi żmien xahrejn minn meta jirċievu dik il-valutazzjoni. Dik id-deċiżjoni konġunta għandha tiġi dokumentata u motivata kif meħtieġ. Is-superviżur konsolidanti għandu jikkomunika dik id-deċiżjoni konġunta lill-akkwirent propost. Fil-każ li ma titteħidx deċiżjoni fi żmien xahrejn minn meta jirċievu l-valutazzjoni, is-superviżur konsolidanti jew l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn l-akkwirent propost ikun stabbilit għandhom joqogħdu lura milli jieħdu deċiżjoni u għandhom jirreferu l-kwistjoni lill-ABE f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar mill-wasla tar-riferiment lill-ABE. L-awtoritajiet kkonċernati għandhom jadottaw deċiżjoni konġunta f’konformità mad-deċiżjoni tal-ABE.
|
|
Artikolu 27c 4.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien, jipprovdu lil xulxin bi kwalunkwe informazzjoni li tkun essenzjali jew rilevanti għall-valutazzjoni. F’dak ir-rigward, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw lil xulxin b’talba jew b’inizjattiva tagħhom stess l-informazzjoni rilevanti kollha għall-valutazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ifittxu li jikkoordinaw il-valutazzjonijiet tagħhom u jiżguraw il-konsistenza tad-deċiżjonijiet tagħhom. Għal dak il-għan, id-deċiżjoni mill-awtorità kompetenti responsabbli għall-valutazzjoni għandha tindika kwalunkwe fehma jew riżerva magħmula mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti l-oħra.
|
|
Artikolu 27c 5.
|
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi proċeduri u formoli komuni u għandha tiżviluppa mudelli għall-proċess ta’ konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kif imsemmi f’dan l-Artikolu. L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-10 ta’ lulju 2026. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|