+Artikolu 27c 2.

Artikolu 27c 2.

Meta l-akkwirent propost ikun istituzzjoni u l-livell limitu msemmi fl-Artikolu 27a(2) jinqabeż biss fuq bażi individwali, l-awtorità kompetenti li tivvaluta l-akkwist propost għandha tinnotifika lis-superviżur konsolidanti dwar l-akkwist propost fi żmien 10 ijiem ta’ xogħol wara li tirċievi n-notifika mill-akkwirent propost, jekk l-akkwirent propost ikun parti minn grupp u l-awtorità kompetenti tkun differenti mis-superviżur konsolidanti. L-awtorità kompetenti għandha tibgħat ukoll il-valutazzjoni tagħha lis-superviżur konsolidanti.

Meta l-akkwirent propost ikun kumpanija azzjonarja finanzjarja jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 21a(1), is-superviżur konsolidanti li jivvaluta l-akkwist propost għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn l-akkwirent propost ikun stabbilit bl-akkwist propost fi żmien 10 ijiem ta’ xogħol wara li jirċievi n-notifika mill-akkwirent propost, jekk dik l-awtorità kompetenti tkun differenti mis-superviżur konsolidanti. Is-superviżur konsolidanti għandu jibgħat ukoll il-valutazzjoni tiegħu lil dik l-awtorità kompetenti.

Meta l-akkwirent propost ikun istituzzjoni u l-livell limitu msemmi fl-Artikolu 27a(2) jinqabeż kemm fuq bażi individwali kif ukoll fuq bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-grupp, l-awtorità kompetenti u s-superviżur konsolidanti li jivvaluta l-akkwist propost għandhom ifittxu li jikkoordinaw il-valutazzjonijiet tagħhom, b’mod partikolari fir-rigward tal-konsultazzjoni tagħhom mal-awtoritajiet rilevanti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.