+Artikolu 27f 2.

Artikolu 27f 2.

Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-operazzjoni proposta għandha titqies bħala materjali għal entità meta tkun mill-inqas ugwali għal 10 % tal-assi jew tal-obbligazzjonijiet totali tagħha, għajr jekk l-operazzjoni proposta titwettaq bejn entitajiet tal-istess grupp, li f’dak il-każ l-operazzjoni proposta għandha titqies bħala materjali għal entità meta tkun mill-inqas ugwali għal 15 % tal-assi jew tal-obbligazzjonijiet totali tagħha.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, għall-kumpaniji azzjonarji finanzjarji prinċipali u l-kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta prinċipali msemmija fil-paragrafu 1, il-perċentwali għandhom japplikaw fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħhom.

Dawn li ġejjin ma għandhomx jitqiesu għall-kalkolu tal-perċentwali msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu:

(a) 

trasferimenti ta’ assi improduttivi;

(b) 

trasferimenti ta’ assi bl-għan li jiġu inklużi f’aggregazzjoni ta’ kopertura kif iddefinit fl-Artikolu 3, il-punt (3), tad-Direttiva (UE) 2019/2162 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 13 );

(c) 

trasferimenti ta’ assi li għandhom jiġu titolizzati;

(d) 

trasferimenti ta’ assi jew ta’ obbligazzjonijiet fil-kuntest tal-użu ta’ għodod, ta’ setgħat u ta’ mekkaniżmi ta’ riżoluzzjoni previsti fit-Titolu IV tad-Direttiva 2014/59/UE.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.