+Artikolu 27i Notifika u valutazzjoni tal-fużjoni jew tad-diviżjoni
---+Artikolu 27i 1.
---+Artikolu 27i 2.
---+Artikolu 27i 3.
---+Artikolu 27i 4.
---+Artikolu 27i 5.
---+Artikolu 27i 6.
---+Artikolu 27i 7.
---+Artikolu 27i 8.
---+Artikolu 27i 9.
---+Artikolu 27i 10.
|
Artikolu 27i Notifika u valutazzjoni tal-fużjoni jew tad-diviżjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 27i 1.
|
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-istituzzjonijiet, u l-kumpaniji azzjonarji finanzjarji u l-kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 21a(1) (il-“partijiet ikkonċernati finanzjarji”) li jwettqu fużjoni jew diviżjoni (l-“operazzjoni proposta”), jinnotifikaw, wara l-adozzjoni tal-abbozz tat-termini tal-operazzjoni proposta u qabel it-tlestija tal-operazzjoni proposta, lill-awtorità kompetenti li ser tkun responsabbli mis-superviżjoni tal-entitajiet li jirriżultaw minn dik l-operazzjoni proposta, u jindikaw l-informazzjoni rilevanti, kif speċifikat f’konformità mal-Artikolu 27j(5). Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, fejn l-operazzjoni proposta tikkonsisti minn diviżjoni, l-awtorità kompetenti responsabbli mis-superviżjoni tal-entità li twettaq l-operazzjoni proposta għandha tkun l-awtorità kompetenti li għandha tiġi nnotifikata u responsabbli mill-valutazzjoni prevista fl-Artikolu 27j(1).
|
|
Artikolu 27i 2.
|
B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, fejn l-operazzjoni proposta tkun fużjoni li tinvolvi biss partijiet ikkonċernati finanzjarji mill-istess grupp, inkluż grupp ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma affiljati b’mod permanenti ma’ korp ċentrali u li taħt superviżjoni bħala grupp, l-awtorità kompetenti ma għandhiex tkun meħtieġa twettaq il-valutazzjoni prevista fl-Artikolu 27j(1).
|
|
Artikolu 27i 3.
|
Il-valutazzjoni prevista fl-Artikolu 27j(1) ma għandhiex titwettaq fejn l-operazzjoni proposta tkun teħtieġ awtorizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 8, jew approvazzjoni f’konformità mal-Artikolu 21a.
|
|
Artikolu 27i 4.
|
L-awtorità kompetenti għandha tirrikonoxxi, bil-miktub, il-wasla tan-notifika msemmija fil-paragrafu 1 jew tal-informazzjoni addizzjonali ppreżentata f’konformità mal-paragrafu 5 minnufih u fi kwalunkwe każ fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol wara li tirċievi n-notifika jew l-informazzjoni addizzjonali. Fejn l-operazzjoni proposta tinvolvi biss partijiet ikkonċernati finanzjarji mill-istess grupp, l-awtorità kompetenti għandu jkollha 60 jum ta’ xogħol mid-data tal-konferma bil-miktub tal-wasla tan-notifika u mill-wasla tad-dokumenti kollha meħtieġa mill-Istat Membru li għandhom jiġu mehmużin man-notifika f’konformità mal-Artikolu 27j(5) (“il-perjodu ta’ valutazzjoni”), biex twettaq il-valutazzjoni prevista fl-Artikolu 27j(1). L-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-partijiet ikkonċernati finanzjarji dwar id-data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ valutazzjoni meta tikkonferma l-wasla.
|
|
Artikolu 27i 5.
|
L-awtorità kompetenti tista’ titlob informazzjoni addizzjonali li tkun neċessarja sabiex titlesta l-valutazzjoni prevista fl-Artikolu 27j(1). Talba bħal din għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa. Meta l-operazzjoni proposta tinvolvi biss partijiet ikkonċernati finanzjarji mill-istess grupp, l-awtorità kompetenti tista’ titlob informazzjoni addizzjonali sa mhux aktar tard mill-50 jum ta’ xogħol tal-perjodu ta’ valutazzjoni. Il-perjodu ta’ valutazzjoni għandu jiġi sospiż bejn id-data tat-talba għal informazzjoni addizzjonali mill-awtorità kompetenti u d-data tal-wasla ta’ tweġiba għaliha mill-partijiet ikkonċernati finanzjarji, li fiha tiġi pprovduta l-informazzjoni mitluba kollha. Dik is-sospensjoni ma għandhiex teċċedi l-20 jum ta’ xogħol. Kwalunkwe talba ulterjuri mill-awtorità kompetenti għall-ikkompletar jew għall-kjarifika tal-informazzjoni pprovduta għandha tkun fid-diskrezzjoni tagħha iżda ma għandhiex tirriżulta f’sospensjoni tal-perjodu ta’ valutazzjoni.
|
|
Artikolu 27i 6.
|
L-awtorità kompetenti tista’ testendi s-sospensjoni msemmija fil-paragrafu 5, it-tielet subparagrafu, għal massimu ta’ 30 jum ta’ xogħol fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
(a)
fejn mill-inqas waħda mill-partijiet ikkonċernati finanzjarji tkun tinsab f’pajjiż terz jew tkun soġġetta għall-qafas regolatorju tiegħu;
(b)
fejn ikun meħtieġ skambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni tal-partijiet ikkonċernati finanzjarji f’konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849 biex titwettaq il-valutazzjoni prevista fl-Artikolu 27j(1) ta’ din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 27i 7.
|
L-operazzjoni proposta ma għandhiex titlesta qabel ma l-awtorità kompetenti tkun ħarġet opinjoni pożittiva.
|
|
Artikolu 27i 8.
|
L-awtorità kompetenti għandha, fi żmien jumejn ta’ xogħol mit-tlestija tal-valutazzjoni tagħha, toħroġ opinjoni pożittiva jew negattiva motivata bil-miktub. Il-partijiet ikkonċernati finanzjarji għandhom jittrażmettu dik l-opinjoni motivata lill-awtoritajiet responsabbli, skont il-liġi nazzjonali, mill-iskrutinju tal-operazzjoni proposta.
|
|
Artikolu 27i 9.
|
Fejn l-operazzjoni proposta tinvolvi biss partijiet ikkonċernati finanzjarji mill-istess grupp u l-awtorità kompetenti ma topponix bil-miktub l-operazzjoni proposta fil-perjodu ta’ valutazzjoni, l-opinjoni għandha titqies bħala pożittiva.
|
|
Artikolu 27i 10.
|
L-opinjoni pożittiva motivata maħruġa mill-awtorità kompetenti tista’ tipprevedi perjodu limitat li matulu għandha titwettaq l-operazzjoni proposta.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|