|
+Artikolu 27k 1. |
Artikolu 27k 1.L-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet fdati bid-dmir pubbliku tas-superviżjoni ta’ entitajiet oħra kkonċernati tas-settur finanzjarju meta twettaq il-valutazzjoni prevista fl-Artikolu 27j(1) fejn l-operazzjoni proposta tinvolvi, minbarra l-partijiet ikkonċernati finanzjarji, entitajiet li jkunu waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
istituzzjoni ta’ kreditu, impriża tal-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni, ditta tal-investiment jew kumpanija tal-immaniġġjar tal-assi awtorizzata fi Stat Membru ieħor jew f’settur differenti minn dak li fih titwettaq l-operazzjoni proposta;
(b)
impriża prinċipali ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, ta’ impriża tal-assigurazzjoni, ta’ impriża tar-riassigurazzjoni, ta’ ditta tal-investiment jew ta’ kumpanija tal-immaniġġjar tal-assi, awtorizzata fi Stat Membru ieħor jew f’settur differenti minn dak li fih titwettaq l-operazzjoni proposta;
(c)
persuna ġuridika li tikkontrolla istituzzjoni ta’ kreditu, impriża tal-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni, ditta tal-investiment jew kumpanija tal-immaniġġjar tal-assi, awtorizzata fi Stat Membru ieħor jew f’settur differenti minn dak li fih titwettaq l-operazzjoni proposta. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|