+Artikolu 27k Kooperazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 27k 1.
---+Artikolu 27k 2.
---+Artikolu 27k 3.

Artikolu 27k Kooperazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 27k 1.

L-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet fdati bid-dmir pubbliku tas-superviżjoni ta’ entitajiet oħra kkonċernati tas-settur finanzjarju meta twettaq il-valutazzjoni prevista fl-Artikolu 27j(1) fejn l-operazzjoni proposta tinvolvi, minbarra l-partijiet ikkonċernati finanzjarji, entitajiet li jkunu waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

istituzzjoni ta’ kreditu, impriża tal-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni, ditta tal-investiment jew kumpanija tal-immaniġġjar tal-assi awtorizzata fi Stat Membru ieħor jew f’settur differenti minn dak li fih titwettaq l-operazzjoni proposta;

(b) 

impriża prinċipali ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, ta’ impriża tal-assigurazzjoni, ta’ impriża tar-riassigurazzjoni, ta’ ditta tal-investiment jew ta’ kumpanija tal-immaniġġjar tal-assi, awtorizzata fi Stat Membru ieħor jew f’settur differenti minn dak li fih titwettaq l-operazzjoni proposta;

(c) 

persuna ġuridika li tikkontrolla istituzzjoni ta’ kreditu, impriża tal-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni, ditta tal-investiment jew kumpanija tal-immaniġġjar tal-assi, awtorizzata fi Stat Membru ieħor jew f’settur differenti minn dak li fih titwettaq l-operazzjoni proposta.

Artikolu 27k 2.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien, jipprovdu lil xulxin b’kull informazzjoni li tkun essenzjali jew rilevanti għall-valutazzjoni. F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw lil xulxin meta jintalbu jagħmlu dan jew fuq inizjattiva tagħhom stess l-informazzjoni kollha rilevanti għall-valutazzjoni. Opinjoni minn awtorità kompetenti ta’ parti kkonċernata finanzjarja għandha tindika kwalunkwe fehma jew riżerva espressa mill-awtorità kompetenti li tissorvelja waħda jew aktar mill-entitajiet elenkati fil-paragrafu 1.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom ifittxu li jikkoordinaw il-valutazzjonijiet tagħhom u jiżguraw il-konsistenza tal-opinjonijiet tagħhom.

Artikolu 27k 3.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi proċeduri u formoli komuni u għandha tiżviluppa mudelli komuni għall-proċess ta’ konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kif imsemmi f’dan l-Artikolu.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-ABE għandha tqis it-titolu II tad-Direttiva (UE) 2017/1132.

L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Jannar 2027.

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.