|
+Artikolu 48k 1. |
Artikolu 48k 1.L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-fergħat ta’ pajjiżi terzi jirrappurtaw perjodikament lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom informazzjoni dwar:
(a)
l-assi u l-obbligazzjonijiet miżmumin fil-kotba tagħhom f’konformità mal-Artikolu 48h u l-assi u l-obbligazzjonijiet li joriġinaw mill-fergħat ta’ pajjiżi terzi, b’diżaggregazzjoni li tidentifika:
(i)
l-akbar assi u obbligazzjonijiet irreġistrati kklassifikati skont is-settur u t-tip ta’ kontroparti, inkluż, b’mod partikolari, l-iskoperturi tas-settur finanzjarju;
(ii)
konċentrazzjonijiet sinifikanti ta’ skoperturi u ta’ sorsi ta’ finanzjament għal tipi speċifikati ta’ kontropartijiet;
(iii)
tranżazzjonijiet interni sinifikanti mal-impriża ewlenija u mal-membri tal-grupp tal-impriża ewlenija;
(b)
il-konformità tal-fergħat ta’ pajjiżi terzi mar-rekwiżiti li japplikaw għalihom skont din id-Direttiva;
(c)
fuq bażi ad hoc, l-arranġamenti għall-protezzjoni tad-depożiti disponibbli għad-depożitanti fil-fergħat ta’ pajjiżi terzi f’konformità mal-Artikolu 15(2) u (3) tad-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 15 );
(d)
rekwiżiti regolatorji addizzjonali imposti fuq il-fergħat ta’ pajjiżi terzi mill-Istati Membri skont il-liġi nazzjonali. Għall-finijiet tar-rappurtar tal-informazzjoni dwar l-assi u l-obbligazzjonijiet miżmumin fil-kotba tagħhom f’konformità mal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), il-fergħat ta’ pajjiżi terzi għandhom japplikaw l-istandards internazzjonali tal-kontabilità kif applikati f’konformità ma r-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 16 ) jew il-prinċipji tal-kontabilità ġeneralment aċċettati applikabbli fl-Istat Membru. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|