|
+Artikolu 65 4. |
Artikolu 65 4.L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom disponibbli s-setgħat kollha meħtieġa b’rabta mal-investigazzjoni u l-ġbir ta’ informazzjoni għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom. Dawk is-setgħat għandhom jinkludu:
(a)
is-setgħa li l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li ġejjin ikunu rikjesti jipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex l-awtoritajiet kompetenti jwettqu l-kompiti tagħhom, inkluż l-informazzjoni rikjesta li għandha tiġi pprovduta f’intervalli rikorrenti u f’formati speċifikati għall-finijiet superviżorji u ta’ statistika relatati:
(i)
istituzzjonijiet stabbiliti fl-Istati Membri kkonċernati;
(ii)
kumpaniji azzjonarji finanzjarji stabbiliti fl-Istati Membri kkonċernati;
(iii)
kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta stabbiliti fl-Istat Membru kkonċernat;
(iv)
kumpaniji azzjonarji b’attività mħallta stabbiliti fl-Istat Membru kkonċernat;
(v)
persuni li jappartjenu għall-entitajiet imsemmijin fil-punti(i) sa (iv);
(vi)
partijiet terzi li l-entitajiet imsemmija fil-punti (i) sa (iv) ta’ dan il-punt ikunu esternalizzawlhom funzjonijiet jew attivitajiet, inkluż fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT imsemmija fil-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 26 );
(b)
is-setgħa li jitwettqu l-investigazzjonijiet neċessarji kollha dwar kwalunkwe persuna msemmija fil-punti (a) minn (i) sa (vi) stabbilita jew li tinsab fl-Istat Membru kkonċernat fejn meħtieġ biex twettaq il-kompiti tal-awtoritajiet kompetenti, inkluż is-setgħa:
(i)
li tintalab il-preżentazzjoni ta’ dokumenti;
(ii)
li jiġu eżaminati l-kotba u r-reġistri tal-persuni msemmijin fl-punti (a) minn (i) sa (vi) u li jsiru kopji jew jittieħdu estratti mit-tali kotba u reġistri;
(iii)
li jinkisbu spjegazzjonijiet bil-miktub jew bil-fomm minn kwalunkwe persuna msemmija fil-punti (a) minn (i) sa (vi) jew mir-rappreżentanti jew mill-persunal tagħha;
(iv)
li tiġi intervistata kwalunkwe persuna oħra li tagħti l-kunsens tagħha sabiex tiġi intervistata għall-fini li tinġabar informazzjoni relatata mas-suġġett ta’ investigazzjoni; u
(v)
li jitwettqu, soġġett għal kundizzjonijiet oħrajn stipulati fil-liġi tal-Unjoni, l-ispezzjonijiet neċessarji kollha fil-post fil-bini tan-negozju tal-persuni ġuridiċi msemmijin fil-punti (a) minn (i) sa (vi) u kwalunkwe impriża oħra inkluża fis-superviżjoni konsolidata meta awtorità kompetenti tkun is-superviżur konsolidanti, soġġetta għal notifika minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati; meta spezzjoni tkun teħtieġ awtorizzazzjoni minn awtorità ġudizzjarja skont il-liġi nazzjonali, għandha ssir applikazzjoni għal tali awtorizzazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|