+Artikolu 65 Penali amministrattivi, pagamenti perjodiċi ta’ penali u miżuri amministrattivi oħrajn
---+Artikolu 65 1.
---+Artikolu 65 2.
---+Artikolu 65 3.
---+Artikolu 65 4.
---+Artikolu 65 5.

Artikolu 65 Penali amministrattivi, pagamenti perjodiċi ta’ penali u miżuri amministrattivi oħrajn

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 65 1.
Mingħajr preġudizzju għas-setgħat superviżorji tal-awtoritajiet kompetenti msemmijin fl-Artikolu 64 ta’ din id-Direttiva u għad-dritt tal-Istati Membri li jipprevedu u jimponu pieni kriminali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar penali amministrattivi, pagamenti perjodiċi ta’ penali u miżuri amministrattivi oħrajn fir-rigward ta’ ksur ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u ta’ deċiżjonijiet meħuda minn awtorità kompetenti abbażi ta’ dawk id-dispożizzjonijiet jew dak ir-Regolament, u għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali amministrattivi, il-pagamenti perjodiċi ta’ penali u miżuri amministrattivi oħrajn għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
Artikolu 65 2.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn l-obbligi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu japplikaw għal istituzzjonijiet, kumpaniji azzjonarji finanzjarji u kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, f’każ ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew ta’ deċiżjonijiet meħuda minn awtorità kompetenti abbażi ta’ dawk id-dispożizzjonijiet jew dak ir-Regolament, japplikaw pagamenti perjodiċi ta’ penali u miżuri amministrattivi oħrajn għall-membri tal-korp ta’ ġestjoni, il-maniġment superjuri, it-titolari ta’ funzjonijiet ewlenin, membri oħrajn tal-persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 92(3) ta’ din id-Direttiva u għal persuni fiżiċi oħrajn, dment li dawn ikunu responsabbli għall-ksur skont il-liġi nazzjonali.
Artikolu 65 3.
L-applikazzjoni ta’ pagamenti perjodiċi ta’ penali ma għandhiex tipprevjeni lill-awtoritajiet kompetenti milli jimponu penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra għall-istess ksur.
Artikolu 65 4.

L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom disponibbli s-setgħat kollha meħtieġa b’rabta mal-investigazzjoni u l-ġbir ta’ informazzjoni għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom. Dawk is-setgħat għandhom jinkludu:

(a) 

is-setgħa li l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li ġejjin ikunu rikjesti jipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex l-awtoritajiet kompetenti jwettqu l-kompiti tagħhom, inkluż l-informazzjoni rikjesta li għandha tiġi pprovduta f’intervalli rikorrenti u f’formati speċifikati għall-finijiet superviżorji u ta’ statistika relatati:

(i) 

istituzzjonijiet stabbiliti fl-Istati Membri kkonċernati;

(ii) 

kumpaniji azzjonarji finanzjarji stabbiliti fl-Istati Membri kkonċernati;

(iii) 

kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta stabbiliti fl-Istat Membru kkonċernat;

(iv) 

kumpaniji azzjonarji b’attività mħallta stabbiliti fl-Istat Membru kkonċernat;

(v) 

persuni li jappartjenu għall-entitajiet imsemmijin fil-punti(i) sa (iv);

(vi) 

partijiet terzi li l-entitajiet imsemmija fil-punti (i) sa (iv) ta’ dan il-punt ikunu esternalizzawlhom funzjonijiet jew attivitajiet, inkluż fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT imsemmija fil-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 26 );

(b) 

is-setgħa li jitwettqu l-investigazzjonijiet neċessarji kollha dwar kwalunkwe persuna msemmija fil-punti (a) minn (i) sa (vi) stabbilita jew li tinsab fl-Istat Membru kkonċernat fejn meħtieġ biex twettaq il-kompiti tal-awtoritajiet kompetenti, inkluż is-setgħa:

(i) 

li tintalab il-preżentazzjoni ta’ dokumenti;

(ii) 

li jiġu eżaminati l-kotba u r-reġistri tal-persuni msemmijin fl-punti (a) minn (i) sa (vi) u li jsiru kopji jew jittieħdu estratti mit-tali kotba u reġistri;

(iii) 

li jinkisbu spjegazzjonijiet bil-miktub jew bil-fomm minn kwalunkwe persuna msemmija fil-punti (a) minn (i) sa (vi) jew mir-rappreżentanti jew mill-persunal tagħha;

(iv) 

li tiġi intervistata kwalunkwe persuna oħra li tagħti l-kunsens tagħha sabiex tiġi intervistata għall-fini li tinġabar informazzjoni relatata mas-suġġett ta’ investigazzjoni; u

(v) 

li jitwettqu, soġġett għal kundizzjonijiet oħrajn stipulati fil-liġi tal-Unjoni, l-ispezzjonijiet neċessarji kollha fil-post fil-bini tan-negozju tal-persuni ġuridiċi msemmijin fil-punti (a) minn (i) sa (vi) u kwalunkwe impriża oħra inkluża fis-superviżjoni konsolidata meta awtorità kompetenti tkun is-superviżur konsolidanti, soġġetta għal notifika minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati; meta spezzjoni tkun teħtieġ awtorizzazzjoni minn awtorità ġudizzjarja skont il-liġi nazzjonali, għandha ssir applikazzjoni għal tali awtorizzazzjoni.

Artikolu 65 5.
Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, meta l-ordinament ġuridiku ta’ Stat Membru ma tipprevedix penali amministrattivi, dan l-Artikolu jista’ jiġi applikat b’tali mod li l-penali tinbeda mill-awtorità kompetenti u tiġi imposta minn awtorità ġudizzjarja, filwaqt li jiġi żgurat li dawk ir-rimedji legali jkunu effettivi u jkollhom effett ekwivalenti għall-penali amministrattivi imposti mill-awtoritajiet kompetenti. Fi kwalunkwe każ, il-penali imposti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

L-Istati Membri msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-miżuri tal-liġi nazzjonali li jadottaw skont dan il-paragrafu sal-10 ta’ Jannar 2026 u, mingħajr dewmien, kwalunkwe emenda sussegwenti għalihom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.