|
+Artikolu 66 1. |
Artikolu 66 1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tagħhom jipprevedu penali amministrattivi, pagamenti perjodiċi ta’ penali u miżuri amministrattivi oħrajn tal-anqas meta:
(a)
jinbdew attivitajiet bħala istituzzjoni ta’ kreditu mingħajr ma tinkiseb awtorizzazzjoni minn qabel bi ksur tal-Artikolu 8 ta’ din id-Direttiva;
(b)
tal-inqas waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 4(1), il-punt (1)(b), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 titwettaq minn entità li tissodisfa l-livell limitu indikat f’dak il-punt u li ma tkunx awtorizzata bħala istituzzjoni ta’ kreditu, ħlief għall-entitajiet li jitolbu l-eżenzjoni skont l-Artikolu 8a ta’ din id-Direttiva;
(c)
jitwettaq in-negozju ta’ ġbir ta’ depożiti jew ta’ fondi rimborżabbli oħrajn mingħand il-pubbliku mingħajr awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ kreditu bi ksur tal-Artikolu 9 ta’ din id-Direttiva;
(d)
parteċipazzjoni kwalifikanti f’istituzzjoni ta’ kreditu tiġi akkwistata, direttament jew indirettament, jew tiżdied aktar, direttament jew indirettament, b’tali mod li l-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital miżmum jilħaq jew jaqbeż il-livelli limitu msemmijin fl-Artikolu 22(1) ta’ din id-Direttiva jew li l-istituzzjoni ta’ kreditu ssir is-sussidjarja tal-akkwirent, mingħajr ma jinnotifikaw bil-miktub lill-awtoritajiet kompetenti tal-istituzzjoni ta’ kreditu li fir-rigward tagħha l-akkwirent ifittex li jakkwista jew iżid il-parteċipazzjoni kwalifikanti, matul il-perjodu ta’ valutazzjoni, jew kontra l-oppożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, bi ksur ta’ dak l-Artikolu;
(e)
parteċipazzjoni kwalifikanti f’istituzzjoni ta’ kreditu tiġi ċeduta, direttament jew indirettament, jew titnaqqas, li bħala konsegwenza, iwassal sabiex il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital miżmum jaqa’ taħt il-livelli limitu msemmijin fl-Artikolu 25 ta’ din id-Direttiva jew l-istituzzjoni ta’ kreditu ma tibqax sussidjarja tal-persuna ġuridika li ċċedi l-parteċipazzjoni kwalifikanti, mingħajr notifika bil-miktub lill-awtoritajiet kompetenti bi ksur ta’ dak l-Artikolu;
(f)
kumpanija azzjonarja finanzjarja jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 21a(1) ta’ din id-Direttiva tonqos milli tapplika għall-approvazzjoni bi ksur ta’ dak l-Artikolu jew tikser xi rekwiżit ieħor stabbilit f’dak l-Artikolu;
(g)
akkwirent propost fit-tifsira tal-Artikolu 27a(1) ta’ din id-Direttiva jonqos milli jinnotifika lill-awtorità kompetenti rilevanti dwar akkwiżizzjoni diretta jew indiretta ta’ parteċipazzjoni materjali bi ksur ta’ dak l-Artikolu;
(h)
kwalunkwe waħda mill-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 27d ta’ din id-Direttiva tonqos milli tinnotifika lill-awtorità kompetenti rilevanti dwar disponiment dirett jew indirett ta’ parteċipazzjoni materjali li taqbeż il-15 % tal-kapital eliġibbli ta’ dik l-entità;
(i)
kwalunkwe waħda mill-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 27f(1) ta’ din id-Direttiva teżegwixxi trasferiment materjali ta’ assi u ta’ obbligazzjonijiet mingħajr ma tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti, bi ksur ta’ dak l-Artikolu;
(j)
kwalunkwe waħda mill-partijiet imsemmijin fl-Artikolu 27i(1) ta’ din id-Direttiva twettaq fużjoni jew diviżjoni bi ksur ta’ dak l-Artikolu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|