+Artikolu 67 2.

Artikolu 67 2.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, il-miżuri li jistgħu jiġu applikati jinkludu tal-anqas dawn li ġejjin:

(a) 

penali amministrattivi:

(i) 

fil-każ ta’ persuna ġuridika, penali amministrattivi pekunarji sa 10 % tal-valur tal-bejgħ nett annwali totali tal-impriża;

(ii) 

fil-każ ta’ persuna fiżika, penali amministrattivi pekunarji sa mhux aktar minn EUR 5 miljuni jew, fl-Istati Membri li l-munita uffiċjali tagħhom ma hijiex l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fis-17 ta’ Lulju 2013;

(iii) 

penali amministrattivi pekunarji sa mhux aktar mid-doppju tal-ammont tal-profitti miksubin jew tat-telf evitat minħabba l-ksur, meta dawk il-profitti miksubin jew it-telf evitat ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;

(b) 

pagamenti perjodiċi ta’ penali:

(i) 

fil-każ ta’ persuna ġuridika, pagamenti perjodiċi ta’ penali ta’ mhux aktar minn 5 % tal-fatturat nett medju ta’ kuljum li, fil-każ ta’ ksur kontinwu, il-persuna ġuridika għandha tkun obbligata tħallas għal kull jum tal-ksur sakemm terġa’ tiġi stabbilita l-konformità ma’ obbligu; il-pagament perjodiku ta’ penali jista’ jiġi impost għal perjodu ta’ mhux aktar minn sitt xhur mid-data stabbilita fid-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti li tirrikjedi t-terminazzjoni ta’ ksur u li timponi l-pagament perjodiku ta’ penali;

(ii) 

fil-każ ta’ persuna fiżika, il-pagamenti perjodiċi ta’ penali sa EUR 50 000 , jew fl-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fid-9 ta’ Lulju 2024, li, fil-każ ta’ ksur kontinwu, il-persuna fiżika għandha tkun obbligata tħallas għal kull jum tal-ksur, sakemm terġa’ tiġi stabbilita l-konformità ma’ obbligu; il-pagament perjodiku ta’ penali jista’ jiġi impost għal perjodu ta’ mhux aktar minn sitt xhur mid-data stabbilita fid-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti li tirrikjedi t-terminazzjoni ta’ ksur u li timponi l-pagament perjodiku ta’ penali;

(c) 

miżuri amministrattivi oħrajn:

(i) 

dikjarazzjoni pubblika li tidentifika l-persuna fiżika, l-istituzzjoni, il-kumpanija azzjonarja finanzjarja, il-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta jew l-impriża prinċipali intermedjarja tal-UE responsabbli u n-natura tal-ksur;

(ii) 

ordni li teħtieġ li l-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli twaqqaf l-imġiba u li ma tirrepetix dik l-imġiba;

(iii) 

fil-każ ta’ istituzzjoni, l-irtirar tal-awtorizzazzjoni tal-istituzzjoni skont l-Artikolu 18;

(iv) 

soġġetta għall-Artikolu 65(2), projbizzjoni temporanja kontra membru tal-korp ta’ ġestjoni jew kwalunkwe persuna fiżika oħra li titqies responsabbli għall-ksur, milli teżerċita funzjonijiet fl-istituzzjonijiet.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (b), l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu ammont massimu ogħla għall-pagamenti perjodiċi ta’ penali li għandhom jiġu applikati għal kull jum tal-ksur.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, il-punt (b), l-Istati Membri jistgħu japplikaw pagamenti perjodiċi ta’ penali fuq bażi ta’ kull ġimgħa jew ta’ kull xahar. F’dak il-każ, l-ammont massimu ta’ pagamenti perjodiċi ta’ penali li għandhom jiġu applikati għall-perjodu rilevanti ta’ kull ġimgħa jew ta’ kull xahar meta jseħħ ksur ma għandux jaqbeż l-ammont massimu ta’ pagamenti perjodiċi ta’ penali li japplikaw kuljum f’konformità ma’ dak il-punt għall-perjodu rilevanti.

Il-pagamenti perjodiċi ta’ penali jistgħu jiġu imposti f’data partikolari u jibdew japplikaw f’data aktar tard.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.