|
+Artikolu 70 5. |
Artikolu 70 5.Sat-18 ta’ Lulju 2029, l-ABE għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fil-kuntest tal-applikazzjoni ta’ penali amministrattivi, pagamenti perjodiċi ta’ penali u miżuri amministrattivi oħra. Barra minn hekk, l-ABE għandha tivvaluta kwalunkwe diverġenza fl-applikazzjoni ta’ penali amministrattivi bejn l-awtoritajiet kompetenti f’dak ir-rigward. B’mod partikolari, l-ABE għandha tivvaluta:
(a)
il-livell ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fil-kuntest tal-penali applikabbli għal każijiet transfruntiera jew fil-każ ta’ akkumulazzjoni ta’ proċedimenti amministrattivi u kriminali;
(b)
l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti meta jittrattaw każijiet transfruntiera;
(c)
l-aħjar prattiki żviluppati minn kwalunkwe awtorità kompetenti li jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għal awtoritajiet kompetenti oħra sabiex jadottaw fil-qasam ta’ penali amministrattivi, pagamenti perjodiċi ta’ penali u miżuri amministrattivi oħra;
(d)
l-effettività u l-grad ta’ konverġenza milħuqa fir-rigward tal-infurzar tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013, inkluż il-penali amministrattivi, il-pagamenti perjodiċi ta’ penali u miżuri amministrattivi oħra imposti fuq persuni fiżiċi jew ġuridiċi identifikati bħala responsabbli għall-ksur skont il-liġi nazzjonali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|