+Artikolu 70 Applikazzjoni effettiva tal-penali amministrattivi u ta’ miżuri amministrattivi oħra, u eżerċizzju tas-setgħat ta’ impożizzjoni ta’ penali mill-awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 70 1.
---+Artikolu 70 2.
---+Artikolu 70 3.
---+Artikolu 70 4.
---+Artikolu 70 5.
|
Artikolu 70 Applikazzjoni effettiva tal-penali amministrattivi u ta’ miżuri amministrattivi oħra, u eżerċizzju tas-setgħat ta’ impożizzjoni ta’ penali mill-awtoritajiet kompetenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 70 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jiddeterminaw it-tip u l-livell ta’ penali amministrattivi u ta’ miżuri amministrattivi oħrajn, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu kont taċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inkluż, fejn xieraq:
(a)
il-gravità u kemm idum iseħħ il-ksur;
(b)
il-grad ta’ responsabbiltà tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur;
(c)
is-saħħa finanzjarja tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur, kif indikat, fost l-oħrajn, mill-fatturat totali ta’ persuna ġuridika jew l-introjtu annwali ta’ persuna fiżika;
(d)
l-importanza tal-profitti miksuba jew it-telf evitat mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur, sa fejn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;
(e)
it-telf għal partijiet terzi kkawżat mill-ksur, sa fejn dan ikun jista’ jiġi ddeterminat;
(f)
il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur mal-awtorità kompetenti;
(g)
il-ksur preċedenti mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur;
(h)
kwalunkwe konsegwenza sistemika potenzjali tal-ksur;
(i)
pieni kriminali imposti preċedentement għall-istess ksur fuq il-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għal dak il-ksur.
|
|
Artikolu 70 2.
|
Fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom li jimponu penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib sabiex jiżguraw li dawk il-penali u l-miżuri jipproduċu r-riżultati mmirati minn din id-Direttiva. Huma għandhom jikkoordinaw ukoll l-azzjonijiet tagħhom sabiex jipprevjenu l-akkumulazzjoni u t-trikkib meta japplikaw penali ammnistrattivi u miżuri amministrattivi oħra għal każijiet transfruntiera.
|
|
Artikolu 70 3.
|
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw penali fir-rigward tal-istess persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-istess att jew ommissjoni fil-każ ta’ akkumulazzjoni ta’ proċedimenti amministrattivi u kriminali relatati mal-istess ksur. Madankollu, tali akkumulazzjoni ta’ proċedimenti u ta’ penali għandha tkun strettament neċessarja u proporzjonata sabiex jintlaħqu objettivi differenti u komplementari ta’ interess ġenerali.
|
|
Artikolu 70 4.
|
L-Istati Membri għandu jkollhom fis-seħħ mekkaniżmi xierqa li jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ġudizzjarji jiġu infurmati kif xieraq, fil-ħin, meta jinbdew proċedimenti amministrattivi u proċedimenti kriminali kontra l-istess persuna fiżika jew ġuridika li tista’ tinżamm responsabbli għall-istess kondotta fiż-żewġ proċedimenti.
|
|
Artikolu 70 5.
|
Sat-18 ta’ Lulju 2029, l-ABE għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fil-kuntest tal-applikazzjoni ta’ penali amministrattivi, pagamenti perjodiċi ta’ penali u miżuri amministrattivi oħra. Barra minn hekk, l-ABE għandha tivvaluta kwalunkwe diverġenza fl-applikazzjoni ta’ penali amministrattivi bejn l-awtoritajiet kompetenti f’dak ir-rigward. B’mod partikolari, l-ABE għandha tivvaluta:
(a)
il-livell ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fil-kuntest tal-penali applikabbli għal każijiet transfruntiera jew fil-każ ta’ akkumulazzjoni ta’ proċedimenti amministrattivi u kriminali;
(b)
l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti meta jittrattaw każijiet transfruntiera;
(c)
l-aħjar prattiki żviluppati minn kwalunkwe awtorità kompetenti li jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għal awtoritajiet kompetenti oħra sabiex jadottaw fil-qasam ta’ penali amministrattivi, pagamenti perjodiċi ta’ penali u miżuri amministrattivi oħra;
(d)
l-effettività u l-grad ta’ konverġenza milħuqa fir-rigward tal-infurzar tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013, inkluż il-penali amministrattivi, il-pagamenti perjodiċi ta’ penali u miżuri amministrattivi oħra imposti fuq persuni fiżiċi jew ġuridiċi identifikati bħala responsabbli għall-ksur skont il-liġi nazzjonali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|