+Artikolu 78 1.

Artikolu 78 1.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw dan kollu li ġej:

(a) 

li l-istituzzjonijiet permessi jużaw approċċi interni għall-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura ppeżata skont ir-riskju jew tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji jirrappurtaw ir-riżultati tal-kalkoli tagħhom għall-iskoperturi jew għall-pożizzjonijiet tagħhom li jkunu inklużi fil-portafolli ta’ valutazzjoni komparattiva;

(b) 

li l-istituzzjonijiet li jużaw l-approċċ standardizzat alternattiv stabbilit fil-Parti Tlieta, it-Titolu IV, il-Kapitolu 1a, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jirrappurtaw ir-riżultati tal-kalkoli tagħhom għall-iskoperturi jew għall-pożizzjonijiet tagħhom li huma inklużi fil-portafolli referenzjarji, dment li d-daqs tan-negozju fil-karta tal-bilanċ u barra l-karta tal-bilanċ tal-istituzzjonijiet li huwa soġġett għar-riskju tas-suq ikun ugwali għal EUR 500 miljun jew akbar f’konformità mal-Artikolu 325a(1), il-punt (b), ta’ dak ir-Regolament;

(c) 

li l-istituzzjonijiet li jkollhom il-permess li jużaw approċċi interni skont il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 3, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif ukoll istituzzjonijiet rilevanti li japplikaw l-approċċ standardizzat skont il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2, ta’ dak ir-Regolament, jirrappurtaw ir-riżultati tal-kalkoli tal-approċċi użati għall-fini tad-determinazzjoni tal-ammont ta’ telf ta’ kreditu mistenni għall-iskoperturi jew għall-pożizzjonijiet tagħhom li jkunu inklużi fil-portafolli ta’ valutazzjoni komparattiva, meta tiġi ssodisfata kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

l-istituzzjonijiet iħejju l-kontijiet tagħhom f’konformità ma’ standards kontabilistiċi internazzjonali kif applikati f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002;

(ii) 

l-istituzzjonijiet iwettqu l-valwazzjoni tal-assi u tal-entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ u d-determinazzjoni tal-fondi proprji tagħhom f’konformità mal-istandards kontabilistiċi internazzjonali skont l-Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(iii) 

l-istituzzjonijiet iwettqu l-valutazzjoni tal-assi u l-entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ f’konformità mal-istandards kontabilistiċi skont id-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE ( 31 ) u jużaw mudell tat-telf ta’ kreditu mistenni li huwa l-istess bħal dak li jintuża fl-istandards kontabilistiċi internazzjonali kif applikati f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002.

L-istituzzjonijiet għandhom jippreżentaw r-riżultati tal-kalkoli msemmijin fl-ewwel subparagrafu flimkien ma’ spjegazzjoni tal-metodoloġiji użati għall-produzzjoni tagħhom u kwalunkwe informazzjoni kwalitattiva, kif mitlub mill-ABE, li tista’ tispjega l-impatt ta’ dawk il-kalkoli fuq ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji. Dawk ir-riżultati għandhom jiġu ppreżentati mill-inqas darba fis-sena lill-awtoritajiet kompetenti. L-ABE tista’ twettaq l-eżerċizzju ta’ valutazzjoni komparattiva għas-superviżjoni kull sentejn għal kull approċċ imsemmi fl-ewwel subparagrafu wara li dak l-eżerċizzju jkun sar ħames darbiet għal kull approċċ uniku.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.