+Artikolu 87a Riskji ambjentali, soċjali u ta’ governanza
---+Artikolu 87a 1.
---+Artikolu 87a 2.
---+Artikolu 87a 3.
---+Artikolu 87a 4.
---+Artikolu 87a 5.

Artikolu 87a Riskji ambjentali, soċjali u ta’ governanza

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 87a 1.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ikollhom, bħala parti mill-arranġamenti ta’ governanza tagħhom, inkluż il-qafas tal-ġestjoni tar-riskji meħtieġ skont l-Artikolu 74(1), strateġiji, politiki, proċessi u sistemi robusti għall-identifikazzjoni, il-kejl, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tar-riskji tal-ESG fuq terminu qasir, medju u fit-tul.
Artikolu 87a 2.
L-istrateġiji, il-politiki, il-proċessi u s-sistemi msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom ikunu proporzjonati għall-iskala, in-natura u l-kumplessità tar-riskji tal-ESG tal-mudell ta’ negozju u għall-ambitu tal-attivitajiet tal-istituzzjoni, u jikkunsidraw it-terminu qasir u medju, u perjodu ta’ żmien fit-tul ta’ mill-inqas 10 snin.
Artikolu 87a 3.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jittestjaw ir-reżiljenza tagħhom għall-impatti negattivi fit-tul tal-fatturi tal-ESG, kemm fix-xenarju bażi kif ukoll fix-xenarji negattivi f’perjodu ta’ żmien partikolari, billi jibdew mill-fatturi relatati mal-klima. Għal dan l-ittestjar tar-reżiljenza, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jinkludu numru ta’ xenarji ESG li jirriflettu l-impatti potenzjali tal-bidliet ambjentali u soċjali u l-ordni pubbliku assoċjat dwar l-ambjent tan-negozju fit-tul. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li fil-proċess tal-ittestjar tar-reżiljenza, l-istituzzjonijiet jużaw xenarji kredibbli, abbażi tax-xenarji elaborati minn organizzazzjonijiet internazzjonali.
Artikolu 87a 4.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw u jimmonitorjaw l-iżvilupp tal-prattiki tal-istituzzjonijiet li jikkonċernaw l-istrateġiji ESG u l-ġestjoni tar-riskji tagħhom, inkluż il-pjanijiet li jinkludu miri kwantifikabbli u proċessi għall-monitoraġġ u l-indirizzar tar-riskji tal-ESG li jirriżultaw fuq terminu qasir, medju u twil, li għandhom jitħejjew f’konformità mal-Artikolu 76(2). Dik il-valutazzjoni għandha tqis l-offerti ta’ prodotti relatati mas-sostenibbiltà tal-istituzzjonijiet, il-politiki ta’ finanzjament ta’ tranżizzjoni tagħhom, il-politiki relatati dwar l-oriġinazzjoni tas-self, u l-miri u l-limiti relatati mal-ESG. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir-robustezza ta’ dawk il-pjanijiet bħala parti mill-proċess ta’ rieżami u ta’ evalwazzjoni superviżorji.

Fejn rilevanti, għall-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkooperaw mal-awtoritajiet jew mal-korpi pubbliċi responsabbli mit-tibdil fil-klima u s-superviżjoni ambjentali.

Artikolu 87a 5.

Sal-10 ta’ Jannar 2026, l-ABE għandha toħroġ linji gwida, f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, biex tispeċifika:

(a) 

l-istandards minimi u l-metodoloġiji ta’ referenza għall-identifikazzjoni, għall-kejl, għall-ġestjoni u għall-monitoraġġ tar-riskji tal-ESG;

(b) 

il-kontenut tal-pjanijiet li għandhom jitħejjew f’konformità mal-Artikolu 76(2), li għandhom jinkludu skedi ta’ żmien speċifiċi u miri u stadji importanti kwantifikabbli intermedji, sabiex jiġu mmonitorjati u indirizzati r-riskji finanzjarji li jirriżultaw minn fatturi tal-ESG, inkluż dawk li jirriżultaw mill-proċess ta’ aġġustament u minn xejriet ta’ tranżizzjoni fil-kuntest tal-objettivi regolatorji u l-atti legali rilevanti tal-Unjoni u tal-Istati Membri fir-rigward tal-fatturi tal-ESG, b’mod partikolari l-objettiv li tinkiseb in-newtralità klimatika, kif ukoll, fejn rilevanti għal istituzzjonijiet attivi internazzjonalment, objettivi legali u regolatorji ta’ pajjiżi terzi;

(c) 

kriterji kwalitattivi u kwantitattivi għall-valutazzjoni tal-impatt tar-riskji tal-ESG fuq il-profil tar-riskju u s-solvenza tal-istituzzjonijiet fuq terminu qasir, medju u twil;

(d) 

kriterji għall-istabbiliment tax-xenarji msemmijin fil-paragrafu 3, inkluż il-parametri u s-suppożizzjonijiet li għandhom jintużaw f’kull wieħed mix-xenarji, ir-riskji u l-perjodi ta’ żmien speċifiċi.

Fejn rilevanti, il-metodoloġiji u s-suppożizzjonijiet li jsostnu l-miri, l-impenji u d-deċiżjonijiet strateġiċi ddivulgati bil-kontenut tal-pjanijiet imsemmija fl-Artikolu 19a jew 29a tad-Direttiva 2013/34/UE, jew oqfsa rilevanti oħra ta’ divulgazzjoni u ta’ diliġenza dovuta, għandhom ikunu konsistenti mal-kriterji, mal-metodoloġiji u mal-miri kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, kif ukoll mas-suppożizzjonijiet u mal-impenji inklużi f’dawk il-pjanijiet.

L-ABE għandha taġġorna l-linji gwida msemmija fl-ewwel subparagrafu fuq bażi regolari, biex jirriflettu l-progress li jkun sar fil-kejl u l-ġestjoni tar-riskji tal-ESG kif ukoll l-iżvilupp tal-objettivi regolatorji tal-Unjoni dwar is-sostenibbiltà.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.