|
+Artikolu 87a 5. |
Artikolu 87a 5.Sal-10 ta’ Jannar 2026, l-ABE għandha toħroġ linji gwida, f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, biex tispeċifika:
(a)
l-istandards minimi u l-metodoloġiji ta’ referenza għall-identifikazzjoni, għall-kejl, għall-ġestjoni u għall-monitoraġġ tar-riskji tal-ESG;
(b)
il-kontenut tal-pjanijiet li għandhom jitħejjew f’konformità mal-Artikolu 76(2), li għandhom jinkludu skedi ta’ żmien speċifiċi u miri u stadji importanti kwantifikabbli intermedji, sabiex jiġu mmonitorjati u indirizzati r-riskji finanzjarji li jirriżultaw minn fatturi tal-ESG, inkluż dawk li jirriżultaw mill-proċess ta’ aġġustament u minn xejriet ta’ tranżizzjoni fil-kuntest tal-objettivi regolatorji u l-atti legali rilevanti tal-Unjoni u tal-Istati Membri fir-rigward tal-fatturi tal-ESG, b’mod partikolari l-objettiv li tinkiseb in-newtralità klimatika, kif ukoll, fejn rilevanti għal istituzzjonijiet attivi internazzjonalment, objettivi legali u regolatorji ta’ pajjiżi terzi;
(c)
kriterji kwalitattivi u kwantitattivi għall-valutazzjoni tal-impatt tar-riskji tal-ESG fuq il-profil tar-riskju u s-solvenza tal-istituzzjonijiet fuq terminu qasir, medju u twil;
(d)
kriterji għall-istabbiliment tax-xenarji msemmijin fil-paragrafu 3, inkluż il-parametri u s-suppożizzjonijiet li għandhom jintużaw f’kull wieħed mix-xenarji, ir-riskji u l-perjodi ta’ żmien speċifiċi. Fejn rilevanti, il-metodoloġiji u s-suppożizzjonijiet li jsostnu l-miri, l-impenji u d-deċiżjonijiet strateġiċi ddivulgati bil-kontenut tal-pjanijiet imsemmija fl-Artikolu 19a jew 29a tad-Direttiva 2013/34/UE, jew oqfsa rilevanti oħra ta’ divulgazzjoni u ta’ diliġenza dovuta, għandhom ikunu konsistenti mal-kriterji, mal-metodoloġiji u mal-miri kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, kif ukoll mas-suppożizzjonijiet u mal-impenji inklużi f’dawk il-pjanijiet. L-ABE għandha taġġorna l-linji gwida msemmija fl-ewwel subparagrafu fuq bażi regolari, biex jirriflettu l-progress li jkun sar fil-kejl u l-ġestjoni tar-riskji tal-ESG kif ukoll l-iżvilupp tal-objettivi regolatorji tal-Unjoni dwar is-sostenibbiltà. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|