|
+Artikolu 91 4. |
Artikolu 91 4.Għall-finijiet tal-paragrafu 3, dawn li ġejjin jgħoddu bħala kariga waħda ta’ direttur:
(a)
karigi ta’ direttur eżekuttiv jew mhux eżekuttiv miżmumin fl-istess grupp;
(b)
karigi ta’ direttur eżekuttiv jew mhux eżekuttiv miżmumin f’waħda minn dawn li ġejjin:
(i)
entitajiet li huma membri tal-istess skema ta’ protezzjoni istituzzjonali dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew entitajiet fejn l-istess skema ta’ protezzjoni istituzzjonali jkollha parteċipazzjoni kwalifikanti;
(ii)
impriżi, inklużi entitajiet mhux finanzjarji, li fihom l-entità jkollha parteċipazzjoni kwalifikanti. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), ta’ dan il-paragrafu, grupp għandu jfisser grupp ta’ impriżi li huma relatati ma’ xulxin kif deskritt fl-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/34/UE jew grupp ta’ impriżi li huma sussidjarji tal-istess kumpanija azzjonarja finanzjarja jew fl-istess kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|