+Artikolu 101 Rieżami kontinwu tal-permess biex jintużaw approċċi interni
---+Artikolu 101 1.
---+Artikolu 101 2.
---+Artikolu 101 3.
---+Artikolu 101 4.
---+Artikolu 101 5.

Artikolu 101 Rieżami kontinwu tal-permess biex jintużaw approċċi interni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 101 1.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw fuq bażi regolari, u tal-inqas kull tliet snin, il-konformità tal-istituzzjonijiet mar-rekwiżiti dwar approċċi li jeħtieġu l-permess mill-awtoritajiet kompetenti qabel ma jużaw tali approċċi għall-kalkolu tar-rekwiżiti tal-fondi proprji skont il-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Huma għandhom iqisu b’mod partikolari l-bidliet fin-negozju ta' istituzzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dawk l-approċċi għal prodotti ġodda. Fejn jiġu identifikati nuqqasijiet materjali fil-kopertura tar-riskju mill-approċċ intern tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li dawn jiġu rranġati jew jittieħdu passi adatti biex jittaffew il-konsegwenzi tagħhom, inkluż billi jiġu imposti fatturi ta’ multiplikazzjoni ogħla, jew jiġu imposti żidiet kapitali, jew jittieħdu miżuri adatti u effettivi oħrajn.
Artikolu 101 2.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom, b'mod partikolari, jirrieżaminaw u jivvalutaw jekk l-istituzzjoni tużax tekniki u prattiki żviluppati sew u aġġornati għal dawk l-approċċi.
Artikolu 101 3.
Jekk għal post tan-negozjar li juża mudell tar-riskju tas-suq intern, ir-riżultati tal-ittestjar retrospettiv jew it-test tal-attribuzzjoni tal-profitt u t-telf jindikaw li l-mudell ma għadux preċiż biżżejjed, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw il-kundizzjonijiet għall-permess biex jintuża l-mudell intern jew jimponu miżuri xierqa biex jiżguraw li l-mudell jittejjeb fil-pront.
Artikolu 101 4.
Jekk istituzzjoni tkun irċiviet permess li tapplika approċċ li jeħtieġ il-permess tal-awtoritajiet kompetenti qabel ma jintuża tali approċċ għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji skont il-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 iżda dan ma jkunx għadu jissodisfa r-rekwiżiti biex jiġi applikat dan l-approċċ, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġ li l-istituzzjoni turi għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti li l-effett tan-nuqqas ta' konformità huwa immaterjali fejn ikun applikabbli skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew tippreżenta pjan għar-restawr mingħajr dewmien tal-konformità mar-rekwiżiti u tistabbilixxi skadenza għall-implimentazzjoni tiegħu. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu titjib f’dak il-pjan jekk ikun hemm il-probabbiltà li ma jirriżultax f’konformità sħiħa jew jekk l-iskadenza ma tkunx xierqa. Jekk l-istituzzjoni x'aktarx li ma tkunx tista’ tirrestawra l-konformità fi ħdan skadenza xierqa u - fejn applikabbli - ma tkunx uriet b'mod sodisfaċenti li l-effett tan-nuqqas ta' konformità huwa immaterjali, il-permess biex jintuża l-approċċ għandu jkun irrevokat jew limitat għal oqsma li jkunu konformi jew dawk fejn il-konformità tkun tista’ tinkiseb fi skadenza xierqa.
Artikolu 101 5.
Sabiex tippromwovi s-sodezza konsistenti tal-approċċi interni fl-Unjoni, l-ABE għandha tanalizza l-approċċi interni fl-istituzzjonijiet kollha, inkluża l-konsistenza tal-implimentazzjoni tad-definizzjoni ta’ falliment u kif dawk l-istituzzjonijiet ittrattaw riskji jew skoperturi simli.

L-ABE għandha tiżvilupppa linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, li jkun fihom punti ta' riferiment abbażi ta’ dik l-analiżi.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu dik l-analiżi u l-punti ta' riferiment għar-rieżami tal-permessi li jagħtu lill-istituzzjonijiet biex jużaw l-approċċi interni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.