|
+Artikolu 104a 1. |
Artikolu 104a 1.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimponu r-rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 104(1) fejn, abbażi tar-rieżamijiet imwettqa f'konformità mal-Artikoli 97 u 101, dawn jiddeterminaw xi waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin għal istituzzjoni individwali:
(a)
l-istituzzjoni tkun esposta għal riskji jew għal elementi ta' riskju li mhumiex koperti jew li mhumiex koperti biżżejjed, kif speċifikat fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, mir-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbiliti fil-Partijiet Tlieta, Erbgħa, u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 34 );
(b)
l-istituzzjoni ma tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 73 u 74 ta' din id-Direttiva jew fl-Artikolu 393 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u jkun improbabbli li miżuri superviżorji oħrajn ikunu biżżejjed biex jiżguraw li dawk ir-rekwiżiti jistgħu jiġu sodisfatti f'perijodu ta' żmien adatta;
(c)
l-aġġustamenti msemmija fl-Artikolu 98(4) jitqiesu bħala insuffiċjenti sabiex l-istituzzjoni tkun tista' tbigħ jew tiħħeġġja l-pożizzjonijiet tagħha f'perijodu qasir bla ma ġġarrab telf materjali f'kondizzjonijiet normali tas-suq;
(d)
l-evalwazzjoni mwettqa f'konformità mal-Artikolu 101(4) turi li n-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti għall-applikazzjoni tal-approċċ permess aktarx li jwassal għal rekwiżiti ta' fondi proprji inadegwati;
(e)
l-istituzzjoni ripetutament tonqos milli tistabbilixxi jew iżżomm livell adegwat ta' fondi proprji addizzjonali biex tkopri l-gwida kkomunikata f'konformità mal-Artikolu 104b(3);
(f)
sitwazzjonijiet oħrajn speċifiċi għall-istituzzjoni li jitqiesu bħala li jqajmu tħassib superviżorju materjali mill-awtorità kompetenti. L-awtoritajiet kompetenti għandhom biss jimponu r-rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali msemmija fl-Artikolu 104(1)(a) biex ikopru r-riskju mġarrab mill-istituzzjonijiet individwali minħabba l-attivitajiet tagħhom, inkluż dawk li jirriflettu l-impatt ta' ċerti fatturi ekonomiċi jew żviluppi tas-suq fuq il-profil tar-riskju ta' istituzzjoni individwali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|