|
+Artikolu 133 9. |
Artikolu 133 9.L-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata, skont kif japplika, għandha tinnotifika lill-BERS qabel il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 13. Il-BERS għandu jibgħat tali notifiki lill-Kummissjoni, lill-ABE u lill-awtoritajiet kompetenti u nnominati tal-Istati Membri kkonċernati mingħajr dewmien. Fejn l-istituzzjoni li għaliha tapplika rata waħda jew aktar tar-riżerva għal riskju sistemiku tkun sussidjarja li l-prinċipali tagħha tkun stabbilita fi Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata għandha tinnotifika wkoll lill-awtoritajiet ta' dak l-Istat Membru. Fejn tapplika rata tar-riżerva tar-riskju sistemiku għall-iskoperturi li jinsabu f'pajjiżi terzi, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata, skont kif japplika, għandha tinnotifika wkoll lill-BERS. Il-BERS għandu jibgħat tali notifiki mingħajr dewmien lill-awtoritajiet superviżorji ta' dawk il-pajjiżi terzi. Tali notifiki għandhom jistabbilixxu fid-dettall:
(a)
ir-riskji makroprudenzjali jew sistemiċi fl-Istat Membru;
(b)
ir-raġunijiet għaliex id-dimensjoni tar-riskji makroprudenzjali jew sistemiċi thedded l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fil-livell nazzjonali li tiġġustifika r-rata tar-riżerva għal riskju sistemiku;
(c)
il-ġustifikazzjoni tar-raġuni għaliex ir-riżerva għal riskju sistemiku titqies li x'aktarx tkun effettiva u proporzjonata biex ittaffi r-riskju;
(d)
valutazzjoni tal-impatt probabbli, pożittiv jew negattiv, tar-riżerva għal riskju sistemiku fuq is-suq intern, ibbażata fuq informazzjoni li hija disponibbli għall-Istat Membru;
(e)
ir-rata jew ir-rati tar-riżerva għal riskju sistemiku li l-awtorità kompetenti jew dik innominata, skont kif japplika, beħsiebha timponi u l-iskoperturi li għalihom għandhom japplikaw tali rati u l-istituzzjonijiet li għandhom ikunu soġġetti għal tali rati;
(f)
fejn ir-rata tar-riżerva għal riskju sistemiku tapplika għall-iskoperturi kollha, ġustifikazzjoni għalfejn l-awtorità tqis li r-riżerva għal riskju sistemiku mhix qed tiddupplika l-funzjoni tar-riżerva O-SII prevista fl-Artikolu 131. Fejn id-deċiżjoni biex tiġi ffissata r-rata tar-riżerva għal riskju sistemiku tirriżulta fi tnaqqis jew fl-ebda bidla mir-rata ta' riżerva ffissata qabel, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata, skont kif japplika, għandha tikkonforma biss ma' dan il-paragrafu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|