+Artikolu 133 Rekwiżit biex tinżamm riżerva għal riskju sistemiku
---+Artikolu 133 1.
---+Artikolu 133 2.
---+Artikolu 133 3.
---+Artikolu 133 4.
---+Artikolu 133 5.
---+Artikolu 133 6.
---+Artikolu 133 7.
---+Artikolu 133 8.
---+Artikolu 133 9.
---+Artikolu 133 10.
---+Artikolu 133 11.
---+Artikolu 133 12.
---+Artikolu 133 13.
---+Artikolu 133 14.
---+Artikolu 133 15.
|
Artikolu 133 Rekwiżit biex tinżamm riżerva għal riskju sistemiku
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 133 1.
|
Kull Stat Membru għandu jiżgura li jkun possibbli li tiġi stabbilita riżerva għar-riskju sistemiku tal-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni għas-settur finanzjarju jew għal subsett wieħed jew aktar ta’ dak is-settur fuq l-iskoperturi kollha jew fuq subsett tagħhom kif imsemmi fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, biex jipprevjeni u jtaffi r-riskji makroprudenzjali jew sistemiċi, inkluż riskji makroprudenzjali jew sistemiċi li jirriżultaw mit-tibdil fil-klima, li ma humiex koperti bir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u bl-Artikoli 130 u 131 ta’ din id-Direttiva, jiġifieri riskju ta’ tħarbit fis-sistema finanzjarja bil-potenzjal ta’ konsegwenzi negattivi serji għas-sistema finanzjarja u għall-ekonomija reali fi Stat Membru speċifiku.
|
|
Artikolu 133 2.
|
L-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw ir-riżerva għal riskju sistemiku kif ġej:
fejn:
BSR = ir-riżerva għal riskju sistemiku;
rT = ir-rata ta' riżerva applikabbli għall-iskopertura tar-riskju totali ta' istituzzjoni;
ET = l-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju kkalkulat skont l-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
i = l-indiċi li jirrappreżenta s-subsett tal-iskoperturi kif imsemmija fil-paragrafu 5;
ri = ir-rata ta' riżerva applikabbli għall-ammont tal-iskopertura tar-riskju tas-subsett ta' skoperturi i; u
Ei = l-ammont tal-iskopertura għar-riskju ta' istituzzjoni għal subsett ta' skoperturi i kkalkulat skont l-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
Artikolu 133 3.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità li tkun responsabbli għall-iffissar tar-riżerva għal riskju sistemiku u għall-identifikazzjoni tal-iskoperturi u s-subsettijiet ta' istituzzjonijiet li tapplika għalihom. Dik l-awtorità għandha tkun jew l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata.
|
|
Artikolu 133 4.
|
Għall-fini tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-awtorità rilevanti kompetenti jew nominata, kif applikabbli, tista' teħtieġ li l-istituzzjonijiet iżommu riżerva għal riskju sistemiku ta' kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni kkalkulata f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, fuq bażi individwali, konsolidata jew subkonsolidata, kif applikabbli f'konformità mat-Titolu II tal-Parti Wieħed tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
Artikolu 133 5.
|
Riżerva għal riskju sistemiku tista' tapplika għal:
(a)
l-iskoperturi kollha li jinsabu fl-Istat Membri li jistabbilixxi r-riżerva;
(b)
l-iskoperturi settorjali li jinsabu fl-Istat Membru li jistabbilixxi dik ir-riżerva:
(i)
l-iskoperturi kollha fil-livell tal-konsumatur għal persuni fiżiċi li huma ggarantiti bi proprjetà residenzjali;
(ii)
l-iskoperturi kollha għal persuni ġuridiċi li huma ggarantiti b'ipoteki fuq proprjetà kummerċjali immobbli;
(iii)
l-iskoperturi kollha għal persuni ġuridiċi għajr dawk speċifikati fil-punt (ii);
(iv)
l-iskoperturi kollha għal persuni fiżiċi għajr dawk speċifikati fil-punt (i);
(c)
l-iskoperturi kollha li jinsabu fi Stati Membri oħra, soġġetti għall-paragrafi 12 u 15;
(d)
l-iskoperturi settorjali, kif identifikati mill-punt (b) ta' dan il-pargrafu, li jinsabu fi Stati Membri oħra biss biex jippermettu r-rikonoxximent ta' rata ta' riżerva stabbilita minn Stat Membru ieħor f'konformità mal-Artikolu 134;
(e)
l-iskoperturi li jinsabu f'pajjiżi terzi;
(f)
subsettijiet ta' kwalunkwe kategorija ta' skopertura identifikata fil-punt (b).
|
|
Artikolu 133 6.
|
L-ABE, wara li tikkonsulta lill-BERS, għandha toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, sat-30 ta' Ġunju 2020 dwar is-subsettijiet adatti ta' skoperturi li għalihom l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata tista' tapplika riżerva għal riskju sistemiku f'konformità mal-punt (f) tal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 133 7.
|
Riżerva għal riskju sistemiku għandha tapplika għall-iskoperturi kollha, jew subsett ta' skoperturi kif imsemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, tal-istituzzjonijiet kollha, jew għal subsett wieħed jew iktar ta' dawk l-istituzzjonijiet, li għalihom l-awtoritajiet tal-Istat Membru kkonċernat ikunu kompetenti f'konformità ma' din id-Direttiva u għandha tiġi stabbilita b'passi gradwali ta' aġġustament ta' 0,5 punti perċentwali jew multipli tagħhom. Jistgħu jiġu introdotti rekwiżiti differenti għal subsettijiet differenti tal-istituzzjonijiet u tal-iskoperturi. Ir-riżerva tar-riskju sistemiku ma għandhiex tindirizza r-riskji koperti bl-Artikoli 130 u 131.
|
|
Artikolu 133 8.
|
Meta tesiġi li tinżamm riżerva għal riskju sistemiku l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata għandha tikkonforma ma' li ġej:
(a)
ir-riżerva għal riskju sistemiku ma tinvolvix effetti negattivi sproporzjonati fuq is-sistema finanzjarja kollha jew partijiet minnha fi Stati Membri oħrajn jew tal-Unjoni kollha kemm hi billi tifforma jew toħloq ostaklu għall-funzjonament xieraq tas-suq intern;
(b)
ir-riżerva għal riskju sistemiku għandha tiġi rieżaminata mill-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata tal-anqas kull sentejn;
▼M11
(c)
ir-riżerva għar-riskju sistemiku ma għandhiex tintuża sabiex tindirizza kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
(i)
riskji li huma koperti mill-Artikoli 130 u 131; ta’ din id-Direttiva;
(ii)
riskji li huma koperti bis-sħiħ mill-kalkolu stabbilit fl-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
▼M11
(d)
meta tapplika riżerva għal riskju sistemiku għall-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju ta’ istituzzjoni u dik l-istituzzjoni ssir marbuta bil-minimu tal-output, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata tagħha għandha tirrieżamina, sa data mhux aktar tard mid-data tar-rieżami biennali msemmi fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu, ir-rekwiżit tar-riżerva għar-riskju sistemiku tal-istituzzjoni sabiex tiżgura li l-kalibrazzjoni tagħha tibqa’ xierqa.
▼M5
|
|
Artikolu 133 9.
|
L-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata, skont kif japplika, għandha tinnotifika lill-BERS qabel il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 13. Il-BERS għandu jibgħat tali notifiki lill-Kummissjoni, lill-ABE u lill-awtoritajiet kompetenti u nnominati tal-Istati Membri kkonċernati mingħajr dewmien. Fejn l-istituzzjoni li għaliha tapplika rata waħda jew aktar tar-riżerva għal riskju sistemiku tkun sussidjarja li l-prinċipali tagħha tkun stabbilita fi Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata għandha tinnotifika wkoll lill-awtoritajiet ta' dak l-Istat Membru. Fejn tapplika rata tar-riżerva tar-riskju sistemiku għall-iskoperturi li jinsabu f'pajjiżi terzi, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata, skont kif japplika, għandha tinnotifika wkoll lill-BERS. Il-BERS għandu jibgħat tali notifiki mingħajr dewmien lill-awtoritajiet superviżorji ta' dawk il-pajjiżi terzi. Tali notifiki għandhom jistabbilixxu fid-dettall:
(a)
ir-riskji makroprudenzjali jew sistemiċi fl-Istat Membru;
(b)
ir-raġunijiet għaliex id-dimensjoni tar-riskji makroprudenzjali jew sistemiċi thedded l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fil-livell nazzjonali li tiġġustifika r-rata tar-riżerva għal riskju sistemiku;
(c)
il-ġustifikazzjoni tar-raġuni għaliex ir-riżerva għal riskju sistemiku titqies li x'aktarx tkun effettiva u proporzjonata biex ittaffi r-riskju;
(d)
valutazzjoni tal-impatt probabbli, pożittiv jew negattiv, tar-riżerva għal riskju sistemiku fuq is-suq intern, ibbażata fuq informazzjoni li hija disponibbli għall-Istat Membru;
(e)
ir-rata jew ir-rati tar-riżerva għal riskju sistemiku li l-awtorità kompetenti jew dik innominata, skont kif japplika, beħsiebha timponi u l-iskoperturi li għalihom għandhom japplikaw tali rati u l-istituzzjonijiet li għandhom ikunu soġġetti għal tali rati;
(f)
fejn ir-rata tar-riżerva għal riskju sistemiku tapplika għall-iskoperturi kollha, ġustifikazzjoni għalfejn l-awtorità tqis li r-riżerva għal riskju sistemiku mhix qed tiddupplika l-funzjoni tar-riżerva O-SII prevista fl-Artikolu 131.
Fejn id-deċiżjoni biex tiġi ffissata r-rata tar-riżerva għal riskju sistemiku tirriżulta fi tnaqqis jew fl-ebda bidla mir-rata ta' riżerva ffissata qabel, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata, skont kif japplika, għandha tikkonforma biss ma' dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 133 10.
|
Fejn l-iffissar jew l-iffissar mill-ġdid ta' rata jew rati ta' riżerva għal riskju sistemiku fuq kwalunkwe sett jew subsett ta' skoperturi msemmija fil-paragrafu 5 soġġetti għal riżerva waħda jew aktar għal riskju sistemiku ma jirriżultax f'rata kombinata ta' riżerva għal riskju sistemiku ogħla minn 3 % għal kwalunkwe waħda minn dawk l-iskoperturi, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata, skont kif japplika, għandha tinnotifika lill-BERS f'konformità mal-paragrafu 9 xahar qabel il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 13. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, ir-rikonoxximent tar-rata tar-riżerva għal riskju sistemiku stabbilita minn Stat Membru ieħor f'konformità mal-Artikolu 134 ma għandhiex tgħodd għal-livell limitu ta' 3 %.
|
|
Artikolu 133 11.
|
Meta l-iffissar jew l-iffissar mill-ġdid ta’ rata jew rati ta’ riżerva għar-riskju sistemiku fuq kwalunkwe sett jew subsett ta’ skoperturi msemmijin fil-paragrafu 5 soġġetti għal riżerva waħda jew aktar għar-riskju sistemiku jirriżulta f’rata kombinata ta’ riżerva għar-riskju sistemiku f’livell ogħla minn 3 % u sa 5 % għal kwalunkwe waħda minn dawk l-iskoperturi, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata tal-Istat Membru li tiffissa r-riżerva għandha titlob l-opinjonijiet tal-Kummissjoni u tal-BERS fin-notifika ppreżentata f’konformità mal-paragrafu 9. Fi żmien xahar mill-wasla tan-notifika msemmija fil-paragrafu 9, il-BERS għandu jipprovdi opinjoni lill-Kummissjoni dwar jekk ir-rata jew ir-rati tar-riżerva għar-riskju sistemiku jitqisux adattati. Fi żmien xahrejn mill-wasla ta’ dik in-notifika, il-Kummissjoni, filwaqt li tqis l-opinjoni tal-BERS, għandha tipprovdi l-opinjoni tagħha. Meta l-opinjoni tal-Kummissjoni tkun negattiva, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata, skont kif japplika, tal-Istat Membru li jistabbilixxi r-riżerva għar-riskju sistemiku għandha tikkonforma ma’ dik l-opinjoni jew tagħti r-raġunijiet għalfejn ma għamlitx dan. Meta istituzzjoni waħda jew aktar li għalihom japplikaw rata waħda jew aktar tar-riżerva għar-riskju sistemiku tkun sussidjarja ta’ impriża prinċiali stabbilita fi Stat Membru ieħor, fl-opinjonijiet tagħhom, il-BERS u l-Kummissjoni għandhom jikkunsidraw ukoll jekk l-applikazzjoni tar-rata jew tar-rati tar-riżerva għar-riskju sistemiku għal dawk l-istituzzjonijiet titqiesx xierqa. Meta l-awtoritajiet tal-istituzzjoni sussidjarja u tal-impriża prinċipali ma jaqblux fuq ir-rata jew ir-rati tar-riżerva għar-riskju sistemiku applikabbli għal dik l-istituzzjoni u fil-każ ta’ opinjoni negattiva kemm mill-Kummissjoni kif ukoll mill-BERS, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata, skont kif japplika, tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-ABE u titlob l-assistenza tagħha f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Id-deċiżjoni sabiex tiġi stabbilita rata jew rati tar-riżerva għar-riskju sistemiku għal dawk l-iskoperturi għandha tiġi sospiża sakemm l-ABE tieħu deċiżjoni. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, ir-rikonoxximent tar-rata tar-riżerva għar-riskju sistemiku stabbilita minn Stat Membru ieħor f’konformità mal-Artikolu 134 ma għandux jgħodd għal-limiti minimi msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 133 12.
|
Fejn l-iffissar jew l-iffissar mill-ġdid tar-rata jew tar-rati tar-riżerva għar-riskju sistemiku fuq kull sett jew subsett tal-iskoperturi msemmija fil-paragrafu 5 soġġett għal rata waħda jew aktar tar-riżerva għar-riskju sistemiku jirriżulta f’rata kombinata ta’ riżerva għal riskju sistemiku ogħla minn 5 % għal kwalunkwe waħda minn dawk l-iskoperturi, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata, skont kif japplika, għandha titlob l-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni qabel l-implimentazzjoni tar-riżerva għar-riskju sistemiku. Fi żmien sitt ġimgħat minn meta tasal in-notifika msemmija fil-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu, il-BERS għandu jipprovdi opinjoni lill-Kummissjoni dwar jekk ir-riżerva tar-riskju sistemiku titqiesx xierqa. L-ABE tista’ wkoll tagħti lill-Kummissjoni l-opinjoni tagħha dwar dik ir-riżerva għar-riskju sistemiku f’konformità mal-Artikolu 16a(1) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, fi żmien sitt ġimgħat mill-wasla ta’ dik in-notifika. Fi żmien tliet xhur mill-wasla tan-notifika msemmija fil-paragrafu 9, il-Kummissjoni, b’kont meħud tal-valutazzjoni tal-BERS u tal-ABE, fejn rilevanti, u jekk tkun sodisfatta li r-rata jew ir-rati tar-riżerva għar-riskju sistemiku ma jinvolvux effetti negattivi sproporzjonati fuq is-sistema finanzjarja kollha jew fuq partijiet minnha ta’ Stati Membri oħrajn jew fl-Unjoni inġenerali li jwasslu sabiex jiġi ffurmat jew jinħoloq ostaklu għall-funzjonament xieraq tas-suq intern, għandha tadotta att li jawtorizza lill-awtorità kompetenti jew lill-awtorità nnominata, skont kif japplika, sabiex tadotta l-miżura proposta. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, ir-rikonoxximent tar-rata tar-riżerva għar-riskju sistemiku stabbilita minn Stat Membru ieħor f’konformità mal-Artikolu 134 ma għandux jgħodd għal-limitu minimu msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 133 13.
|
Kull awtorità kompetenti, jew l-awtorità nnominata, skont kif japplika, għandha tħabbar l-iffissar jew l-iffissar mill-ġdid ta' rata waħda jew aktar tar-riżerva għal riskju sistemiku permezz tal-pubblikazzjoni f'sit web adatt. Dik il-pubblikazzjoni għandha tinkludi tal-anqas informazzjoni li ġejja:
(a)
ir-rata jew ir-rati tar-riżerva għal riskju sistemiku;
(b)
l-istituzzjonijiet li għalihom tapplika r-riżerva għal riskju sistemiku;
(c)
l-iskoperturi li għalihom tapplika r-rata jew ir-rati tar-riżerva għal riskju sistemiku;
(d)
ġustifikazzjoni għall-iffissar jew l-iffissar mill-ġdid tar-rata jew tar-rati tar-riżerva għal riskju sistemiku;
(e)
id-data minn meta l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-iffissar jew l-iffissar mill-ġdid tar-riżerva għal riskju sistemiku; u
(f)
l-ismijiet tal-pajjiżi fejn l-iskoperturi li qegħdin f'dawn il-pajjiżi jkunu rikonoxxuti fir-riżerva għal riskju sistemiku.
Fejn il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tista' tippreġudika l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, dik l-informazzjoni m'għandhiex tiġi inkluża fil-pubblikazzjoni.
|
|
Artikolu 133 14.
|
Fejn istituzzjoni tonqos milli tissodisfa bis-sħiħ ir-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, din għandha tkun soġġetta għar-restrizzjonijiet fuq id-distribuzzjonijiet stipulati fl-Artikolu 141(2) u (3). Fejn l-applikazzjoni tar-restrizzjonijiet fuq id-distribuzzjonijiet twassal għal titjib mhux sodisfaċenti tal-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni tal-istituzzjoni fid-dawl tar-riskju sistemiku rilevanti, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jieħdu miżuri addizzjonali f'konformità mal-Artikolu 64.
|
|
Artikolu 133 15.
|
Fejn l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata, skont kif japplika, tiddeċiedi li tiffissa r-riżerva għal riskju sistemiku abbażi tal-iskoperturi li jinsabu fi Stati Membri oħra, ir-riżerva għandha tiġi ffissata ndaqs fuq l-iskoperturi kollha li jinsabu fl-Unjoni, sakemm ir-riżerva ma tkunx iffissata biex tirrikonoxxi r-rata tar-riżerva għal riskju sistemiku ffissata minn Stat Membru ieħor f'konformità mal-Artikolu 134.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|