|
+Artikolu 133 11. |
Artikolu 133 11.Meta l-iffissar jew l-iffissar mill-ġdid ta’ rata jew rati ta’ riżerva għar-riskju sistemiku fuq kwalunkwe sett jew subsett ta’ skoperturi msemmijin fil-paragrafu 5 soġġetti għal riżerva waħda jew aktar għar-riskju sistemiku jirriżulta f’rata kombinata ta’ riżerva għar-riskju sistemiku f’livell ogħla minn 3 % u sa 5 % għal kwalunkwe waħda minn dawk l-iskoperturi, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata tal-Istat Membru li tiffissa r-riżerva għandha titlob l-opinjonijiet tal-Kummissjoni u tal-BERS fin-notifika ppreżentata f’konformità mal-paragrafu 9. Fi żmien xahar mill-wasla tan-notifika msemmija fil-paragrafu 9, il-BERS għandu jipprovdi opinjoni lill-Kummissjoni dwar jekk ir-rata jew ir-rati tar-riżerva għar-riskju sistemiku jitqisux adattati. Fi żmien xahrejn mill-wasla ta’ dik in-notifika, il-Kummissjoni, filwaqt li tqis l-opinjoni tal-BERS, għandha tipprovdi l-opinjoni tagħha. Meta l-opinjoni tal-Kummissjoni tkun negattiva, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata, skont kif japplika, tal-Istat Membru li jistabbilixxi r-riżerva għar-riskju sistemiku għandha tikkonforma ma’ dik l-opinjoni jew tagħti r-raġunijiet għalfejn ma għamlitx dan. Meta istituzzjoni waħda jew aktar li għalihom japplikaw rata waħda jew aktar tar-riżerva għar-riskju sistemiku tkun sussidjarja ta’ impriża prinċiali stabbilita fi Stat Membru ieħor, fl-opinjonijiet tagħhom, il-BERS u l-Kummissjoni għandhom jikkunsidraw ukoll jekk l-applikazzjoni tar-rata jew tar-rati tar-riżerva għar-riskju sistemiku għal dawk l-istituzzjonijiet titqiesx xierqa. Meta l-awtoritajiet tal-istituzzjoni sussidjarja u tal-impriża prinċipali ma jaqblux fuq ir-rata jew ir-rati tar-riżerva għar-riskju sistemiku applikabbli għal dik l-istituzzjoni u fil-każ ta’ opinjoni negattiva kemm mill-Kummissjoni kif ukoll mill-BERS, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata, skont kif japplika, tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-ABE u titlob l-assistenza tagħha f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Id-deċiżjoni sabiex tiġi stabbilita rata jew rati tar-riżerva għar-riskju sistemiku għal dawk l-iskoperturi għandha tiġi sospiża sakemm l-ABE tieħu deċiżjoni. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, ir-rikonoxximent tar-rata tar-riżerva għar-riskju sistemiku stabbilita minn Stat Membru ieħor f’konformità mal-Artikolu 134 ma għandux jgħodd għal-limiti minimi msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|