+Artikolu 133 12.

Artikolu 133 12.

Fejn l-iffissar jew l-iffissar mill-ġdid tar-rata jew tar-rati tar-riżerva għar-riskju sistemiku fuq kull sett jew subsett tal-iskoperturi msemmija fil-paragrafu 5 soġġett għal rata waħda jew aktar tar-riżerva għar-riskju sistemiku jirriżulta f’rata kombinata ta’ riżerva għal riskju sistemiku ogħla minn 5 % għal kwalunkwe waħda minn dawk l-iskoperturi, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata, skont kif japplika, għandha titlob l-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni qabel l-implimentazzjoni tar-riżerva għar-riskju sistemiku.

Fi żmien sitt ġimgħat minn meta tasal in-notifika msemmija fil-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu, il-BERS għandu jipprovdi opinjoni lill-Kummissjoni dwar jekk ir-riżerva tar-riskju sistemiku titqiesx xierqa. L-ABE tista’ wkoll tagħti lill-Kummissjoni l-opinjoni tagħha dwar dik ir-riżerva għar-riskju sistemiku f’konformità mal-Artikolu 16a(1) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, fi żmien sitt ġimgħat mill-wasla ta’ dik in-notifika.

Fi żmien tliet xhur mill-wasla tan-notifika msemmija fil-paragrafu 9, il-Kummissjoni, b’kont meħud tal-valutazzjoni tal-BERS u tal-ABE, fejn rilevanti, u jekk tkun sodisfatta li r-rata jew ir-rati tar-riżerva għar-riskju sistemiku ma jinvolvux effetti negattivi sproporzjonati fuq is-sistema finanzjarja kollha jew fuq partijiet minnha ta’ Stati Membri oħrajn jew fl-Unjoni inġenerali li jwasslu sabiex jiġi ffurmat jew jinħoloq ostaklu għall-funzjonament xieraq tas-suq intern, għandha tadotta att li jawtorizza lill-awtorità kompetenti jew lill-awtorità nnominata, skont kif japplika, sabiex tadotta l-miżura proposta.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, ir-rikonoxximent tar-rata tar-riżerva għar-riskju sistemiku stabbilita minn Stat Membru ieħor f’konformità mal-Artikolu 134 ma għandux jgħodd għal-limitu minimu msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.