|
+Artikolu 133 13. |
Artikolu 133 13.Kull awtorità kompetenti, jew l-awtorità nnominata, skont kif japplika, għandha tħabbar l-iffissar jew l-iffissar mill-ġdid ta' rata waħda jew aktar tar-riżerva għal riskju sistemiku permezz tal-pubblikazzjoni f'sit web adatt. Dik il-pubblikazzjoni għandha tinkludi tal-anqas informazzjoni li ġejja:
(a)
ir-rata jew ir-rati tar-riżerva għal riskju sistemiku;
(b)
l-istituzzjonijiet li għalihom tapplika r-riżerva għal riskju sistemiku;
(c)
l-iskoperturi li għalihom tapplika r-rata jew ir-rati tar-riżerva għal riskju sistemiku;
(d)
ġustifikazzjoni għall-iffissar jew l-iffissar mill-ġdid tar-rata jew tar-rati tar-riżerva għal riskju sistemiku;
(e)
id-data minn meta l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-iffissar jew l-iffissar mill-ġdid tar-riżerva għal riskju sistemiku; u
(f)
l-ismijiet tal-pajjiżi fejn l-iskoperturi li qegħdin f'dawn il-pajjiżi jkunu rikonoxxuti fir-riżerva għal riskju sistemiku. Fejn il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tista' tippreġudika l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, dik l-informazzjoni m'għandhiex tiġi inkluża fil-pubblikazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|