+Artikolu 136 L-iffissar tar-rati ta' riżerva kontroċikliċi
---+Artikolu 136 1.
---+Artikolu 136 2.
---+Artikolu 136 3.
---+Artikolu 136 4.
---+Artikolu 136 5.
---+Artikolu 136 6.
---+Artikolu 136 7.
|
Artikolu 136 L-iffissar tar-rati ta' riżerva kontroċikliċi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 136 1.
|
Kull Stat Membru għandu jinnomina korp jew awtorità pubblika (minn hawn 'il quddiem "awtorità nnominata") li tkun responsabbli għall-istabbiliment tar-rati tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika għal dak l-Istat Membru.
|
|
Artikolu 136 2.
|
Kull awtorità nnominata għandha tikkalkola, għal kull tliet xhur, gwida għar-riżerva ta' kapital bħala referenza biex tiggwida l-eżerċizzju tal-ġudizzju tagħha fl-istabbiliment tar-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika skont il-paragrafu 3. Il-gwida dwar ir-riżerva ta' kapital għandha tirrifletti, b'mod sinifikanti, iċ-ċiklu ta' kreditu u r-riskji dovuti għal eċċess ta' tkabbir fil-kreditu fl-Istat Membru u għandha tieħu kont dovut tal-ispeċifiċitajiet tal-kontijiet tal-ekonomija nazzjonali. Hi għandha tkun ibbażata fuq id-devjazzjoni tal-proporzjon bejn il-kreditu u l-PDG mix-xejra fit-tul tagħha, b'kont meħud, inter alia:
(a)
ta' indikatur tat-tkabbir tal-livelli tal-kreditu f'dik il-ġurisdizzjoni u, b'mod partikolari, indikatur li jirrifletti l-bidliet fil-proporzjon bejn il-kreditu mogħti f'dak l-Istat Membru u l-PDG;
(b)
ta' kwalunkwe gwida kurrenti miżmuma mill-BERS f'konformità mal-Artikolu 135(1)(b).
|
|
Artikolu 136 3.
|
Kull awtorità nnominata għandha tivvaluta l-intensità tar-riskju sistemiku ċikliku u l-adegwatezza tar-rata ta' riżerva kontroċiklika għall-Istat Membru tagħha kull tliet xhur u tiffissa jew taġġusta r-rata tar-riżerva, kif meħtieġ. Waqt li tagħmel dan, kull awtorità nominata għandha tieħu kont:
▼B
(a)
il-gwida tar-riżerva ta' kapital ikkalkulata skont il-paragrafu 2;
(b)
kwalunkwe gwida kurrenti miżmuma mill-BERS f'konformità mal-Artikolu 135(1)(a), (c) u (d) u kwalunkwe rakkomandazzjoni maħruġa mill-BERS dwar l-iffissar ta' rata ta' riżerva;
(c)
fatturi varjabbli oħra li l-awtorità nnominata tqis rilevanti għall-indirizzar tar-riskju sistemiku ċikliku.
|
|
Artikolu 136 4.
|
Ir-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika, espressa bħala persentaġġ tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 87(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-istituzzjonijiet li jkollhom skoperturi tal-kreditu f'dak l-Istat Membru, għandhom ikunu bejn 0 % u 2,5 %, ikkalibrati f'intervalli ta’ 0,25 punti perċentwali jew multipli ta’ 0,25 punti perċentwali. Fejn ġustifikat abbażi tal-konsiderazzjonijiet stipulati fil-paragrafu 3, l-awtorità nnominata tista' tistabbilixxi rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika ogħla minn 2,5 % tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għall-fini stipulat fl-Artikolu 140(2) ta' din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 136 5.
|
Meta l-awtorità nnominata tistabbilixxi rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika ogħla minn żero għall-ewwel darba, jew fejn sussegwentement l-awtorità nnominata żżid l-istabbiliment tar-rata prevalenti tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika, hi għandha wkoll tiddeċiedi dwar id-data minn meta l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dik ir-riżerva ta' kapital ogħla għall-finijiet tal-kalkolu tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika speċifika għall-istituzzjoni tagħhom. Dik id-data ma għandhiex tkun aktar tard minn 12-il xahar wara d-data meta jitħabbar l-istabbiliment tar-riżerva ta' kapital ogħla skont il-paragrafu 7. Jekk id-data tkun inqas minn 12-il xahar wara li jitħabbar l-istabbiliment tar-riżerva ta' kapital ogħla, dik l-iskadenza iqsar għall-applikazzjoni għandha tiġi ġġustifikata abbażi ta' ċirkostanzi eċċezzjonali.
|
|
Artikolu 136 6.
|
Jekk l-awtorità nnominata tnaqqas ir-rata eżistenti tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika, irrispettivament minn jekk tnaqqashiex għal żero jew le, hi għandha wkoll tiddeċiedi dwar perijodu indikattiv li fih ma tkun mistennija l-ebda żieda fir-riżerva ta' kapital. Madankollu, dak il-perijodu indikattiv m'għandux ikun vinkolanti fuq l-awtorità nnominata.
|
|
Artikolu 136 7.
|
Kull awtorità nnominata għandha tippubblika kull tliet xhur tal-anqas l-informazzjoni li ġejja fuq is-sit web tagħha:
(a)
ir-rati tar-riżerva kontroċiklika applikabbli;
(b)
il-proporzjon rilevanti bejn il-kreditu u l-PDG u d-devjazzjoni tiegħu mix-xejra fit-tul;
(c)
il-gwida tar-riżerva kkalkulata skont il-paragrafu 2;
(d)
ġustifikazzjoni għal dik ir-rata tar-riżerva;
(e)
fejn ir-rata tar-riżerva tiżdied, id-data minn meta l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dik ir-rata ogħla tar-riżerva għall-finijiet tal-kalkolu tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika speċifika għall-istituzzjoni tagħhom;
(f)
fejn id-data msemmija fil-punt (e) tkun inqas minn 12-il xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni skont dan il-paragrafu, referenza għaċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw dik l-iskadenza iqsar għall-applikazzjoni;
(g)
fejn ir-rata tar-riżerva titnaqqas, il-perijodu indikattiv li matulu ma tkun mistennija l-ebda żieda fir-rata tar-riżerva, flimkien ma' ġustifikazzjoni għal dak il-perijodu.
L-awtoritajiet nominati għandhom jieħdu l-passi kollha raġonevoli biex jikkoordinaw meta għandha ssir il-pubblikazzjoni. L-awtoritajiet nominati għandhom jinnotifikaw lill-BERS dwar kull bidla fir-rata tar-riżerva kontroċiklika u l-informazzjoni meħtieġa speċifikata fil-punti (a) sa (g) tal-ewwel subparagrafu. Il-BERS għandu jippubblika, fuq is-sit web tiegħu, tali rati tar-riżervi ta' kapital kollha notifikati u l-informazzjoni relatata.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|