|
+Artikolu 136 7. |
Artikolu 136 7.Kull awtorità nnominata għandha tippubblika kull tliet xhur tal-anqas l-informazzjoni li ġejja fuq is-sit web tagħha:
(a)
ir-rati tar-riżerva kontroċiklika applikabbli;
(b)
il-proporzjon rilevanti bejn il-kreditu u l-PDG u d-devjazzjoni tiegħu mix-xejra fit-tul;
(c)
il-gwida tar-riżerva kkalkulata skont il-paragrafu 2;
(d)
ġustifikazzjoni għal dik ir-rata tar-riżerva;
(e)
fejn ir-rata tar-riżerva tiżdied, id-data minn meta l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dik ir-rata ogħla tar-riżerva għall-finijiet tal-kalkolu tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika speċifika għall-istituzzjoni tagħhom;
(f)
fejn id-data msemmija fil-punt (e) tkun inqas minn 12-il xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni skont dan il-paragrafu, referenza għaċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw dik l-iskadenza iqsar għall-applikazzjoni;
(g)
fejn ir-rata tar-riżerva titnaqqas, il-perijodu indikattiv li matulu ma tkun mistennija l-ebda żieda fir-rata tar-riżerva, flimkien ma' ġustifikazzjoni għal dak il-perijodu. L-awtoritajiet nominati għandhom jieħdu l-passi kollha raġonevoli biex jikkoordinaw meta għandha ssir il-pubblikazzjoni. L-awtoritajiet nominati għandhom jinnotifikaw lill-BERS dwar kull bidla fir-rata tar-riżerva kontroċiklika u l-informazzjoni meħtieġa speċifikata fil-punti (a) sa (g) tal-ewwel subparagrafu. Il-BERS għandu jippubblika, fuq is-sit web tiegħu, tali rati tar-riżervi ta' kapital kollha notifikati u l-informazzjoni relatata. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|