|
+Artikolu 141 8. |
Artikolu 141 8.Fejn l-istituzzjoni ma tissodisfax ir-rekwiżit tar-riżerva ta' kapital kombinata u jkollha l-intenzjoni li tiddistribwixxi kwalunkwe profitt distribwibbli tagħha jew tidħol f'azzjoni msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, hi għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti u tipprovdi l-informazzjoni li ġejja:
(a)
l-ammont tal-kapital miżmum mill-istituzzjoni, subdiviż kif ġej:
(i)
kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni,
(ii)
kapital tal-Grad 1 Addizzjonali,
(iii)
kapital tal-Grad 2.
(b)
l-ammont tal-profitti tagħha interim u fi tmiem is-sena;
(c)
l-AMD ikkalkulat skont il-paragrafu 4;
(d)
l-ammont tal-profitti distribwibbli li jkollha l-intenzjoni talloka bejn dawn li ġejjin:
(i)
pagamenti f'dividendi,
(ii)
riakkwist tal-ishma,
(iii)
pagamenti fuq strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali.
(iv)
il-pagament ta’ rimunerazzjoni varjabbli jew benefiċċji diskrezzjonarji tal-pensjoni, kemm jekk permezz ta’ ħolqien ta’ obbligu ġdid ta’ ħlas, jew pagament b’segwitu għal obbligu ta’ ħlas maħluq fi żmien meta l-istituzzjoni ma tkunx issodisfat ir-rekwiżit tar-riżerva ta’ kapital kombinata tagħha. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|