|
+Artikolu 45f 1. |
Artikolu 45f 1.Istituzzjonijiet li huma sussidjarji ta' entità ta' riżoluzzjoni jew entità ta' pajjiż terz, iżda li mhumiex huma stess entitajiet ta' riżoluzzjoni, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 45c fuq bażi individwali. Awtorità ta' riżoluzzjoni tista', wara li tikkonsulta lill-awtorità kompetenti, tiddeċiedi li tapplika r-rekwiżit stipulat f'dan l-Artikolu għal entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) li hija sussidjarja ta' entità ta' riżoluzzjoni iżda li mhijiex entità ta' riżoluzzjoni hija stess. B'deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-impriżi omm tal-Unjoni li mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni huma stess, iżda huma sussidjarji ta' entitajiet ta' pajjiżi terzi, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 45c u 45d fuq bażi konsolidata. B’deroga mill-ewwel u t-tieni subparagrafi, awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tiddeċiedi li tiddetermina r-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 45c fuq bażi konsolidata għal sussidjarja kif imsemmija f’dan il-paragrafu fejn l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tikkonkludi li l-kundizzjonijiet li ġejjin kollha huma ssodisfati:
(a)
is-sussidjarja tissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(i)
is-sussidjarja tkun miżmuma direttament mill-entità ta’ riżoluzzjoni u:
—
entità ta’ riżoluzzjoni tkun kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-Unjoni jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni;
—
kemm is-sussidjarja kif ukoll l-entità ta’ riżoluzzjoni jkunu stabbiliti fl-istess Stat Membru u jkunu parti mill-istess grupp ta’ riżoluzzjoni;
—
l-entità ta’ riżoluzzjoni ma jkollha direttament l-ebda istituzzjoni sussidjarja jew l-ebda entità sussidjarja kif imsemmija fl-Artikolu 1(1), il-punt (b), (c) jew (d), meta dik l-entità tkun soġġetta għar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu jew għar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45c, għajr is-sussidjarja kkonċernata;
—
is-sussidjarja tkun affettwata b’mod sproporzjonat mit-tnaqqis meħtieġ skont l-Artikolu 72e(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(ii)
is-sussidjarja tkun soġġetta għar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE fuq bażi konsolidata biss u d-determinazzjoni tar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 45c ta’ din id-Direttiva fuq bażi konsolidata ma twassalx għal dikjarazzjoni eċċessiva tal-ħtiġijiet ta’ rikapitalizzazzjoni, għall-finijiet tal-Artikolu 45c(1), il-punt (b), ta’ din id-Direttiva, tas-subgrupp li jikkonsisti f’entitajiet fil-perimetru ta’ konsolidazzjoni kkonċernat, b’mod partikolari fejn hemm prevalenza ta’ entitajiet ta’ likwidazzjoni fl-istess perimetru ta’ konsolidazzjoni;
(b)
il-konformità mar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 45c fuq bażi konsolidata bħala sostitut għall-konformità ma’ dak ir-rekwiżit fuq bażi individwali ma tfixkilx b’mod materjali kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
(i)
il-kredibbiltà u l-fattibbiltà tal-istrateġija ta’ riżoluzzjoni tal-grupp;
(ii)
il-kapaċità tas-sussidjarja li tikkonforma mar-rekwiżit ta’ fondi proprji tagħha wara l-eżerċizzju tas-setgħa ta’ valwazzjoni negattiva u ta’ konverżjoni; u
(iii)
l-adegwatezza tal-mekkaniżmu ta’ trasferiment intern tat-telf u tar-rikapitalizzazzjoni, inkluż il-valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni, f’konformità mal-Artikolu 59, tal-istrumenti kapitali rilevanti u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tas-sussidjarja kkonċernata jew ta’ entitajiet oħra fil-grupp ta’ riżoluzzjoni. Għall-gruppi ta' riżoluzzjoni identifikati skont il-punt (b) tal-punt (83b) tal-Artikolu 2(1), dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu li huma affiljati b'mod permanenti ma' korp ċentrali, iżda li mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni huma stess, korp ċentrali li mhuwiex entità ta' riżoluzzjoni huwa stess, u kwalunkwe entità ta' riżoluzzjoni li mhijiex soġġetta għar-rekwiżit taħt l-Artikolu 45e(3), għandhom jikkonformaw mal-Artikoli 45c(7) fuq bażi individwali. Ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) għal entità msemmija f'dan il-paragrafu għandu jiġi determinat skont l-Artikoli 45h u 89, fejn applikabbli, u abbażi tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 45c. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|