+Artikolu 128 Kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni fost l-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet
---+Artikolu 128 1.
---+Artikolu 128 2.
---+Artikolu 128 3.
|
Artikolu 128 Kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni fost l-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 128 1.
|
L-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkooperaw mal-EBA għall-finijiet ta’ din id-Direttiva f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom, mingħajr dewmien, jipprovdu lill-ABE bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex twettaq il-kompiti tagħha, skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 128 2.
|
L-EBA, il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni u l-BĊE għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, fuq it-talba tagħha, l-informazzjoni meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħha relatati mal-iżvilupp tal-politika, inkluż it-twettiq ta’ valutazzjonijiet tal-impatt, it-tħejjija ta’ proposti leġiżlattivi, u l-parteċipazzjoni fil-proċess leġiżlattiv. Meta xieraq, l-ABE, il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni u l-BĊE għandhom jikkoordinaw mal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u membri oħra tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali, f’konformità mal-qafas ta’ kooperazzjoni tagħhom.
|
|
Artikolu 128 3.
|
L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-membri tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali minbarra l-BĊE għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, fuq talba tagħha, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu meta tali informazzjoni ma tkunx disponibbli għall-EBA, għall-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni jew għall-BĊE, jew meta ma jkunux jistgħu jipprovdu l-informazzjoni f’perjodu ta’ żmien raġonevoli. It-talba għandha tkun proporzjonata, ġustifikata u tiżgura perjodu ta’ żmien raġonevoli għall-għoti tal-informazzjoni. L-informazzjoni għandha tiġi pprovduta f’forma li ma tippermettix l-identifikazzjoni ta’ entitajiet individwali u ma jkunx fiha data personali. Il-Kummissjoni u l-persunal tagħha għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti tas-segretezza professjonali stipulati fl-Artikolu 84 fir-rigward tal-informazzjoni riċevuta.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|