+Artikolu 4 Definizzjonijiet

Artikolu 4 Definizzjonijiet

Artikolu 4

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

▼M8

(1) 

“istituzzjoni finanzjarja” tfisser kwalunkwe impriża li hija soġġetta għal regolamentazzjoni u superviżjoni skont kwalunkwe wieħed mill-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2);

▼M10 —————

▼M8

(2) 

“awtoritajiet kompetenti” tfisser:

(i) 

awtoritajiet kompetenti kif definiti fil-punt (40) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, inkluż il-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward tal-kwistjonijiet relatati mal-kompiti mogħtija lilu bir-Regolament (UE) Nru 1024/2013;

(ii) 

fir-rigward tad-Direttiva 2002/65/KE, l-awtoritajiet u l-korpi kompetenti biex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti ta’ dik id-Direttiva mill-istituzzjonijiet finanzjarji;

▼M10 —————

▼M8

(iv) 

fir-rigward tal-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti, il-korpi li jamministraw l-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti skont id-Direttiva 2014/49/UE jew, fejn l-operat tal-iskema ta’ garanzija tad-depożiti jkun amministrat minn kumpanija privata, l-awtorità pubblika li tagħmel superviżjoni ta’ dawk l-iskemi skont dik id-Direttiva u l-awtoritajiet amministrattivi rilevanti kif imsemmija f’dik id-Direttiva;

(v) 

fir-rigward tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ) u tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 ), l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nominati skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/59/UE, il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 806/2014, u l-Kunsill u l-Kummissjoni meta jieħdu azzjonijiet taħt l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, għajr meta huma jeżerċitaw setgħat diskrezzjonali jew jagħmlu għażliet ta’ politika;

(vi) 

“awtoritajiet kompetenti” kif imsemmija fid-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 13 ), fir-Regolament (UE) 2015/751 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 14 ), fid-Direttiva (UE) 2015/2366, fid-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 15 ) u fir-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 16 );

(vii) 

“korpi u awtoritajiet” kif imsemmija fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 2008/48/KE;

▼M7

(viii) 

fir-rigward tar-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 17 ) u tad-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 18 ), l-awtoritajiet kompetenti kif definit fil-punt (5) tal-Artikolu 3) ta' dik id-Direttiva.

▼B

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 31.12.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R1093
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.