|
+ANNESS IV SPEĊIFIKAZZJONIJIET GĦAT-TAGĦBIJA MILL-QIEGĦ, ĠBIR TA' GASS U PROTEZZJONI KONTRA MILI ŻŻEJJED TA'TANKERSEWROPEW TAT-TRIQ |
ANNESS IV SPEĊIFIKAZZJONIJIET GĦAT-TAGĦBIJA MILL-QIEGĦ, ĠBIR TA' GASS U PROTEZZJONI KONTRA MILI ŻŻEJJED TA'TANKERSEWROPEW TAT-TRIQANNESS IV SPEĊIFIKAZZJONIJIET GĦAT-TAGĦBIJA MILL-QIEGĦ, ĠBIR TA' GASS U PROTEZZJONI KONTRA MILI ŻŻEJJED TA' TANKERS EWROPEW TAT-TRIQ 1. Igganċar 1.1. Il-ganċ likwidu ta' l-estensjoni tat-tagħbija għandu jkun ġanċ femminili li għandu jaqbel ma' adapter Api ta' 4 pulzieri (101,6 mm) lokat fuq il-vettura kif definit bi: — s-Seba' edizzjoni API tal-Prattika — Rakkomandata 1004, Novembru 1988. It-tagħbija mill-qiegħ u l-irkupru tal-gass għall-vetturi bil-mutur bit-tank MC-306 (Taqsima 2.1.1.1 – Tip ta' adapter użat għat-tagħbija mill-qiegħ) 1.2. Il-ganċ li jiġbor il-gass tal-pajp li jiġbor il-gass ta' l-irfid tat-tagħbija għandu jkun cam-and-groove femminili li għandu jaqbel ma' cam-and-groove maskili ta' 4 pulzieri (101,6 mm) lokat fuq il-vettura kif definit: — Seba' Edizzjoni API tal-Prattika Rakkomandata 1004 Novembru 1988. Tagħbija mill-qiegħ u l-irkupru tal-gass għall-vetturi bil-mutur bit-tank MC-306 (Taqsima 4.1.1.2 – Adapter ta' l-irkupru tal-gass) 2. Kondizzjonijiet tat-tagħbija 2.1. Ir-rata normal ta' tagħbija likwida għandha tkun ta' 2 300 litru kull minuta (massimu 2 500 litru kull minuta) għal kull estensjoni ta' tagħbija. 2.2. Meta t-terminal ikun qed jopera fl-ogħla domanda, is-sistema tal-ġbir tal-gass ta' l-irfid tat-tagħbija, inkluża l-unità ta' l-irkupru tal-gass, hija konċessa li tiġġenera kontro-pressjoni massima ta' 55 millibar fuq il-ġenb tal-vettura ta' l-adapter tal-ġbir tal-gass. 2.3. Il-vetturi kollha approvati li jitgħabbew mill-qiegħ għandhom iġorru pjanċa ta' identifikazzjoni li tispeċifika n-numru massimu permess ta' estensjonijiet tat-tagħbija li jistgħu joperaw simultanjament waqt li jiġi assigurat li ebda gass ma jiġi rilaxxat permezz tal-valvoli tal-kompartiment P u V, meta l-pressjoni massima pjantata lura tkun 55 millibar kif speċifikat fit-2.2. 3. Konnessjoni tal-kxif ta' l-ert/mili żejjed tal-vettura L-irfid tat-tagħbija għandu jkun mgħammar b'unità li tikkontrolla l-kxif ta' mili żejjed li, meta mqabbda mal-vettura, għandha tipprovdi sinjal li ma jfallix ta' permess li jippermetti t-tagħbija, sakemm ebda sensizzaturi ta' mili żejjed ta' kompartiment ma jikxfu livell għoli. 3.1. Il-vettura għandha tkun konnessa ma' unità ta' kontroll fuq l-irfid permezz ta' konnettur standard elettriku ta' l-industrija b'10 pinnijiet. Il-konnettur maskili għandu jkun immuntat fuq il-vettura u l-konnettur femminili għandu jkun imqabbad ma' flying lead konnessa ma' l-unità ta' kontroll immuntata fuq l-irfid. 3.2.1. Id-ditekters ta' livell għoli fuq il-vettura għandhom ikunu jew sensitizzaturi thermistor b'żewġ wajers, sensitizzaturi ottiċi b'żewġ wajers, sensitizzaturi ottiċi b'5 wajers jew ekwivalent kompatibbli, sakemm is-sistema tkun ma tistax tfalli. (NB: thermistors għandhom ikollhom koeffiċjent ta' temperatura negattiva) 3.3. L-unità ta' kontroll ta' l-irfid għandha tkun addattata kemm għal sistemi ta' vetturi b'2 wajers u 5 wajers. 3.4. Il-vettura għandha tkun imqabbda ma' l-irfid permezz ta' wajer komuni ta' ritorn tas-sensitizzaturi tal-mili żejjed, li għandhom ikunu konnessi ma' konnettur maskili b'10 pinnijiet imqabbad max-xażi tal-vattura. Il-konnettur femminili b'10 pinnijiet għandu jkun konness ma' l-egħluq ta' l-unità ta' kontroll li għandu jkun konness ma' l-ert ta' l-irfid. 3.5. Il-vetturi kollha approvati ta' tagħbija mill-qiegħ għandhom iġorru pjanċa ta' identifikazzjoni (Ara 2.3) li tispeċifika t-tip ta' sensiżżaturi stallati li jikxfu l-mili żejjed (jiġifieri b'2 wajers jew 5 wajers). 4. Lokazzjoni tal-konnessjonijiet 4.1. Id-disinn tal-faċilitajiet tal-ġbir tal-likwidu u tal-ġbir tal-gass fuq l-irfid tat-tagħbija għandu jkun ibbażat fuq l-invilops tal-konnessjoni tal-vettura li ġej. 4.1.1. L-għoli tal-linja taċ-ċentru ta' l-adapters likwidi għandu jkun: massimu 1,4 metri (mhux mgħobbija); minimu 0,5 metru (mgħobbija), bl-għoli preferit ikun 0,7 sa 1,0 metru). 4.1.2. L-ispażju orizzontali ta'l-adapters għandu jkun mhux anqas minn 0,25 metru (l-ispazju minimu preferit huwa is 0,3 metru). 4.1.3. L-adapters likwidi kollha għandhom ikunu lokati f'envilops li ma jeċċedix iż-2.5 metri fit-tul. 4.1.4. L-adapter li jiġbor il-gass għandu jkun preferibbilment lokat fuq il-lemin ta' l-adapters tal-likwidu u f'għoli li ma jeċċedix 1,5 metri (mhux mgħobbi) u mhux anqas minn 0,5 metru (mgħobbi). 4.2. Il-konnettur ta' l-ert/mili żejjed għandu jkun lokat fuq il-lemin ta' l-adapters li jiġbru l-gass u f'għoli li ma jeċċedix il-1,5 metri (mhux mgħobbli) u mhux anqas minn 0,5 metri (mgħobbi). 4.3. Il-konnessjonijiet ta' hawn fuq għandhom ikunu lokati f'ġenb wieħed biss tal-vettura. 5. Partijiet li jillokkjaw ta' sigurezza 5.1. Kxif ta' ert/mili żejjed. It-tagħbija m'għandhiex tkun permessa sakemm ma jiġix provdut sinjal permissiv minn unità ta' kontroll ta' ert/mili żejjed. Fil-każ ta' kondizzjoni ta' mili żejjed jew it-telf ta' l-ert tal-vettura, l-unità tal-kontroll ta' fuq l-irfid għandha tagħlaq il-valvola ta' kontroll ta' l-irfid tat-tagħbija. 5.2. Kxif ta’ ġbir ta’ gass It-tagħbija m’għandhiex tkun permessa sakemm il-pajp tal-ġbir tal-gass ma jkunx ġie konness mal-vettura u jkun hemm passaġġ ħieles għall-gassijiet spostjati li joħorġu mill-vettura fis-sistema ta’ impjant tal-ġbir tal-gass. ( 1 ) ĠU L 301, tas-28.10.1982, pġ. 1. ( 2 ) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|