|
+Artikolu 2 Definizzjonijiet |
Artikolu 2 DefinizzjonijietArtikolu 2 Definizzjonijiet Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament:
(a)
“Kumitat” għandu jfisser il-Kumitat dwar il-Kummerċ ta' Fawna u Flora Salvaġġi, stabbilit bl-Artikolu 18;
(b)
“Konvenzjoni” għandha tfisser il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fi Speċi fil-Periklu ta' Fawna u Flora Salvaġġi (Cites);
(ċ)
“pajjiż ta' l-oriġini” għandu jfisser il-pajjiż li fih kampjun ikun ittieħed, twieled u trabba fl-ambjent naturali tiegħu jew tnissel artifiċjalment;
(d)
“notifikazzjoni ta' importazzjoni” għandha tfisser in-notifika mogħtija mill-importatur jew l-aġent jew rappreżentant tiegħu, waqt l-introduzzjoni fil-Komunità ta' kampjun ta' speċi inkluża fl-Annessi C jew D, fuq formola preskritta mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18;
(e)
“introduzzjoni mill-baħar” għandha tfisser l-introduzzjoni fil-Komunità ta' kull kampjun li jkun ittieħed fil-, u li jkun qiegħed jiġi ntrodott direttament mill-ambjent marittimu li ma jkunx taħt il-ġurisdizzjoni ta' xi Stat, inkluż l-ispazju ta' l-ajru ta' fuq il-baħar u l-qiegħ tal-baħar u s-sediment ta' taħt il-baħar;
(f)
“il-ħruġ” għandu jfisser it-tkomplija tal-proċeduri kollha nvoluti fit-tħejjija u l-validazzjoni ta' permess jew ċertifikat u t-twassil tiegħu lill-applikant;
(g)
“awtorità amministrattiva” għandha tfisser awtorità amministrattiva nazzjonali nominata, fil-każ ta' Stat Membru, skond l-Artikolu 13(1)(a) jew, fil-każ ta' Parti minn pajjiż terz tal-Konvenzjoni, skond l-Artikolu IX tal-Konvenzjoni;
(h)
“Stat Membru destinatarju” għandu jfisser l-Istat Membru destinatarju msemmi fid-dokument użat għall-esportazzjoni jew ri-esportazzjoni ta' kampjun; fil-każ ta' imtroduzzjoni mill-baħar, għandu jfisser l-Istat Membru li fil-ġurisdizzjoni tiegħu jkun jinsab il-post tad-destinazzjoni tal-kampjun;
(i)
“offerta għal bejgħ” għandha tfisser l-offerta għal bejgħ u kull azzjoni li raġonevolment tista tkun meqjusa bħala tali, inkluż ir-reklamanr jew kaġun ta' reklamar għal bejgħ u stedina għal trattament;
(j)
“oġġetti personali jew domestiċi” għandha tfisser kampjuni mejta, partijiet jew derivattivi minnhom, li jkunu l-proprjetà ta' individwu privat u li jiffurmaw, jew li huma mahsuba biex jiffurmaw, parti mill-oġġetti u l-proprjetà mobbli tiegħu;
(k)
“post destinatarju” għandu jfisser il-post mahsub li fih il-kampjuni għandhom normalment jinżammu fil-hin ta' l-introduzzjoni fil-Komunità; fil-każ ta' kampjuni ħajjin, dan għandu jkun l-ewwel post fejn il-kampjuni jkun mahsub li jinżammu wara xi perjodu ta' kwarantina jew xi għeluq iehor għal skopijiet ta' verifiki u kontrolli sanitarji;
(l)
“popolazzjoni” għandha tfisser in-numru totali ta' individwi bijoloġikament jew ġeografikament distinti;
(m)
“skopijiet primarjament kummerċjali” għandha tfisser l-iskopijiet kollha li l-aspetti mhux kommerċjali tagħhom ma jkunux jippredominaw b'mod ċar;
(n)
“ri-esportazzjoni mill-Komunità” għandha tfisser esportazzjoni mill-Komunità ta' kull kampjun li jkun ġie introdott qabel;
(o)
“introduzzjoni mill-ġdid fill-Komunità” għandha tfisser introduzzjoni fill-Komunità ta' xi kampjun li kien esportat jew ri-esportat qabel;
(p)
“bejgħ” għandu jfisser kull tip ta' bejgħ. Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, kiri, tpartit jew tibdil għandu jkun meqjus bħala bejgħ; espressjonijiet li jixxiebhu għandhom ikunu meqjusa bl-istess mod;
(q)
“awtorità xjentifika” għandha tfisser awtorità xjentifika nominata, fil-każ ta' Stat Membru, skond l-Artikolu 13(1)(b) jew, fil-każ ta' Parti minn pajjiż terz tal-Konvenzjoni, skond l-Artikolu IX tal-Konvenzjoni;
(r)
“Grupp ta' Reviżjoni Xjentifika” għandu jfisser korp kunsultattiv stabbilit skond l-Artikolu 17;
(s)
“speċi” għandha tfisser speċi, sub-speċi jew il-popolazzjoni tagħhom;
(t)
“kampjun” għandu jfisser kull annimal jew xitla, sew jekk haj/ħajja u sew jekk mejjet/mejta, ta' l-ispeċi elenkati fl-Annessi A sa D, xi parti jew derivattiva minnhom, kemm jekk tkun f'xi oġġetti ohra u kemm le, kif ukoll kull oġġett iehor li jitfaċċa minn xi dokument li jkun hemm magħhom, l-ippakkjar jew xi marka jew tikketta jew minn xi ċirkostanzi oħra, li huma jew li jkun fihom partijiet jew derivattivi ta' annimali jew pjanti ta' dawk l-ispeċi, sakemm dawk il-pjanti jew derivattivi ma jkunux speċifikament eżentati mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jew minn xi dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-Anness li fih l-ispeċi kkonċernata hi elenkata permezz ta' indikazzjoni għal dak il-għan fl-Annessi konċernati. Kampjun għandu jkun meqjus bħala kampjun ta' speċi elenkati fl-Annessi A sa D jekk ikun, jew jifforma parti minn jew ikun derivat minn, annimal jew pjanta li mill-anqas wieħed mill-“ġenituri” tiegħu/tagħha jkun mill-ispeċi hekk elenkata. Fil-każi fejn il-“ġenituri” ta' annimal jew pjanta bħal din huma ta' speċi elenkati f'L-Annessi diversi, jew ta' speċi li wieħed minnhom biss ikun elenkat, id-dispożizzjonijiet ta' l-Anness aktar restrittiv għandhom ikunu applikabbli. Madankollu, fil-każ ta' kampjuni ta' pjanti ibridi, jekk wieħed mill-“ġenituri” jkun ta' speċi elenkata fl-Anness A, id-dispożizzjonijiet ta' l-Anness l-aktar restrittiv għandhom ikunu applikabbli biss jekk dak l-ispeċi jkun annottat fl-Anness għal dak il-għan;
(u)
“kummerċ” għandu jfisser l-introduzzjoni fil-Komunità, inkluża l-introduzzjoni mill-baħar, u l-esportazzjoni u ri-esportazzjoni minn hemm, kif ukoll l-użu, il-moviment u t-trasferiment tal-pussess fil-Komunità, inkluż fi Stat Membru, ta' kampjuni suġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament;
(v)
“ġarr” għandu jfisser it-trasport ta' kampjuni bejn żewġ postijiet barra mil-Komunità li jgħaddi minn gol-Komunità u li jkunu mibgħuta lil xi kunsinnatarju nominat u li matulu kull interruzzjoni fil-moviment tinholoq biss mill-arranġamenti meħtieġa għal dan it-tip ta' traffiku;
(w)
“kampjuni maħduma li nkisbu aktar minn 50 sena qabel” għandha tfisser kampjuni li kienu nbidlu sostanzjalment mill-istat naturali tagħhom f'ġojjelli, tiżjin, arti, utilità, jew strumenti mużikali, aktar minn 50 sena qabel id-dħul fis-sehh ta' dan ir-Regolament u li kienu, għas-sodisfazzjoni ta' l-awtorità ta' l-amministrazzjoni ta' l-Istat Membru ikkonċernat, akkwistati b'dawk il-kondizzjonijiet. Kampjuni bħal dawn għandhom ikunu meqjusa bhala mahduma biss jekk ikun car li kienu f'waħda mill-kategoriji msemmija qabel u li ma jenħtiġux aktar tqattigħ, xogħol jew manifattura biex iwettqu l-iskop tagħhom;
(x)
“verifiki filwaqt ta' l-introduzzjoni, esportazzjoni, ri-esportazzjoni u ġarr” għandha tffisser verifiki dokumentati taċ-ċertifikati, permessi u notifikazzjonijiet previsti f'dan ir-Regolament u — fil-każijiet fejn id-dispożizzjonijiet tal-Komunità hekk jiddisponu jew f'każijiet oħra b'kampjunarju rappreżentattiv tal-konsenji — eżami tal-kampjuni, meta jkun il-każ akkumpanjat bit-teħid ta' kampjuni bil-għan ta' analiżi u verifiki aktar dettaljati. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|