+Artikolu 2 Definizzjonijiet

Artikolu 2 Definizzjonijiet

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva:

▼M4

(a) 

għandhom japplikaw id-definizzjonijiet ta’ “skart”, “skart perikoluż”, “skart mhux perikoluż”, “skart muniċipali”, “produttur tal-iskart”, “detentur tal-iskart”, “maniġġar tal-iskart”, “ġbir separat”, “irkupru”, “preparazzjoni għal użu mill-ġdid”, “riċiklaġġ” u “rimi” stipulati fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE;

▼M4 —————

▼B

(e) 

“skart inerti” ifisser skart li ma jkunx soġġett għal xi trasformazzjoni sinifikanti fisika, kimika jew bijoloġika. Skart inerti ma jdubx, ma jinħaraqx jew inkella ma jirreaġixxix fiżikament jew kimikament, ma jkunx bijodegradabbli jew jaffetwa ħażin materjal ieħor li jiġi f'kuntatt miegħu b'mod li x'aktarx joħloq tniġġiż lill-ambjent jew jagħmel ħsara lis-saħħa tal-bniedem. L-estrazzjoni bl-ilma totali u kontenut ta' tniġġiż ta' l-iskart u l-ekotossiċiá ta' l-estrazzjoni bl-ilma trid tkun insinifikanti, u partikolarment ma ġġibx fil-periklu l-kwalitá ta' l-ilma tal-wiċċ u/jew l-ilma tal-qiegħ;

(f) 

“ħażna taħt l-art” tfisser faċilitá ta' ħażna ta' skart permanenti f'kavitá ġeoloġika fonda bħal miniera tal-melħ jew tal-potassju;

(g) 

“ ►C1  landfill ◄ ” tfisser sit ta' rifjut ta' skart għal depożitu ta' l-iskart fuq jew fl-art (per eżempju taħt l-art), inkluż:

— 
siti ta' rifjut intern (per eżempju ►C1  landfill ◄ fejn dak li jipproduċi l-iskart ikun qed jarmi l-iskart tiegħu fil-post tal-produzzjoni), u
— 
sit permanenti (per eżempju ta' aktar minn sena) li jintuża għal ħażna temporanja ta' skart,

iżda jeskludi:

— 
faċilitajiet fejn iħottu l-iskart sabiex tkun tista’ ssir il-preparazzjoni għalih għal aktar trasport għal irkupru, trattament jew rimi f'post ieħor, u
— 
ħażna ta' skart qabel l-irkupru jew trattament għal perjodu ta' inqas minn tlett snin bħala regola ġenerali, jew
— 
ħażna ta' skart qabel ir-rimi għal perjodu ta' inqas minn sena;
(h) 

“trattament” ifisser il-proċess fiżiku, termali, kimiku jew bijoloġiku, inkluża l-għażla, li tbiddel il-karatteristiċi ta' l-iskart sabiex jitnaqqas il-volum ta' natura perikoluża, jitħaffef il-maniġġar tiegħu jew jitkabbar l-irkuprar;

(i) 

“lissija” tfisser kull likwidu li jiġi filtrat minn ġo skart mormi u ħareġ minn jew miżmum ►C1  fil-landfill ◄ ;

(j) 

“gass ►C1  tal-landfill ◄ ” ifisser il-gass kollhu ġenerat mill-iskart ►C1  tal-landfill ◄ ;

(k) 

“eluate” tfisser is-soluzzjoni miksuba mit-testjar tal-lissija ġo laboratorju;

(l) 

“operatur” tfisser persuna legali jew naturali responsabbli ►C1  għal-landfill ◄ bi qbil mall-leġiżlazzjoni interna ta' l-Istati Membri fejn tkun ►C1  il-landfill ◄ ; din il-persuna tista' tinbidel mill-fażi tal-preparazzjoni sa dik tal-kura ta' wara;

(m) 

“skart bijodegradabbli” ifisser kull skart li huwa kapaċi jgħaddi minn dekompożizzjoni anaerobika jew aerobika, bħal skart ta' ikel u ħaxix, u karti u kartun;

▼M4 —————

▼B

(o) 

“applikant” tfisser kull persuna li tapplika għal permess ta' ►C1  landfill ◄ skond din id-Direttiva;

(p) 

“awtoritá kompetenti” tfisser dik l-awtoritá li l-Istati Membri jinnominaw bħala responsabbli biex tagħmel id-dmirijiet li jiġu minn din id-Direttiva;

(q) 

“skart ta' likwidu” ifisser kull skart li jkun fil-forma ta' likwidu inklużi skart ta' ilma minbarra ħama;

(r) 

“stabbilimnent iżolat” ifisser stabbiliment:

— 
b'mhux aktar min 500 abitanti għal kull muniċipalitá jew stabbiliment u mhux aktar min ħames abitanti kull kilometru kwadru u,
— 
fejn id-distanza l-aktar viċin ta' agglomerazzjoni urbana ta' mill-inqas 250 abitanti kull kilometru kwadru ma tkunx anqas minn 50 km, jew b'aċċess diffiċli bit-triq għal dawk l-agglomerazzjonijiet viċini, minħabba kondizzjonijiet meteoroloġiċi ħarxa waqt parti sinifikaneti tas-sena.

▼M4

Fir-reġjuni ultraperiferiċi fis-sens tal-Artikolu 349 tat-Trattat, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw id-definizzjoni li ġejja:

“abitat iżolat” tfisser abitat:

— 
b’mhux aktar min 2 000 abitant għal kull abitat u mhux aktar min ħames abitanti għal kull kilometru kwadru, jew b’aktar minn 2 000 abitant iżda b’anqas minn 5 000 abitant għal kull abitat u mhux aktar minn ħames abitanti għal kull kilometru kwadru u li l-produzzjoni tal-iskart tagħhom ma taqbiżx it-3 000 tunnellata fis-sena; u
— 
fejn id-distanza għall-eqreb agglomerazzjoni urbana b’tal-anqas 250 abitanti għal kull kilometru kwadru ma tkunx anqas minn 100 km u mingħajr aċċess bit-triq.

▼B

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:31999L0031
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.