+L-ANNESS I ĦTIĠIJIET ĠENERALI GĦAL KULL KLASSI TA'►C1LANDFILLS◄
|
L-ANNESS I ĦTIĠIJIET ĠENERALI GĦAL KULL KLASSI TA'►C1LANDFILLS◄
L-ANNESS I
ĦTIĠIJIET ĠENERALI GĦAL KULL KLASSI TA'
►C1
LANDFILLS ◄
1. Post
|
1.1.
|
Il-post ta'
►C1
landfill ◄ jrid jikkonsidra l-ħtiġijiet relatati ma:
(a)
d-distanzi mill-fruntiera tas-sit għal żoni residenzjali u rikreazzjonali, passaġġi ta' l-ilma, korpi ta' l-ilma u siti oħra urbani u agrikoli;
(b)
l-eżistenza ta' l-ilma tal-qiegħ, ilma tal-kosta jew żoni ta' protezzjoni tan-natura fiż-żona;
(ċ)
il-kundizzjonijiet ġeoloġiċi jew idroġeoloġiċi fiż-żona;
(d)
ir-riskju ta' diluvju, saħħa, irdum jew valangi fuq is-sit;
(e)
il-protezzjoni tal-patrimonju kulturali jew naturali fiż-żona.
|
|
1.2.
|
►C1
Il-landfill ◄ tista' tiġi awtorizzata biss jew il-karatteristiċi tas-sit b'rispett għal ħtiġijiet imsemmja fuq, jew miżuri korrettivi li jridu jittieħdu, jindikaw li
►C1
l-landfill ◄ mhux qegħda f'pożizzjoni ta' riskju serju għall-ambjent.
|
2. Kontroll ta' l-ilma u amministrazzjoni tal-lissija
Miżuri xierqa jridu jittieħdu, b'rispett għall-karatteristiċi
►C1
tal-landfill ◄ u l-kundizzjonijiet meteoroloġiċi, sabiex:
—
jikkontrollaw ilma minn preċipitazzjonijiet li jidħlu fil-korp
►C1
tal-landfill ◄ ,
—
jipprevjenu l-ilma tal-wiċċ u/jew tal-qiegħ milli jidħol fl-iskart
►C1
tal-landfill ◄ ,
—
jinġabar ilma u lissija kontaminati. Jekk stima bażata fuq konsiderazzjoni tal-post
►C1
tal-landfill ◄ u l-iskart li jiġi milqugħ juri li
►C1
l-landfill ◄ mhux qiegħeda f'pożizzjoni ta' l-ebda periklu potenzjali għall-ambjent, l-awtoritá kompetenti tista' tiddeċiedi li d-dispożizzjonijiet ma japplikawx,
—
jiġi trattat ilma u lissija kontaminati miġbura
►C1
mil-landfill ◄ għall-i standards xierqa meħtieġa għal-ħelsien tagħhom.
Id-dispożizzjonijiet ta' fuq jistgħu ma jkunux japplikaw għal
►C1
landfill ◄ għal skart inerti.
3. protezzjoni ta' ħamrija u ilma
|
3.1.
|
►C1
Landfill ◄ trid tkun f'post tali u disinjata b'mod li tikkonforma mall-kondizzjonijiet neċessarji għal prevenzjoni ta' tniġġiż tal-ħamrija, ilma tal-qiegħ jew wiċċ u tkun tassigura l-ġbir effiċjenti ta' lissija kif u meta meħtieġ skond is-Sezzjoni 2. Protezzjoni ta' ħamrija, ilma tal-qiegħ u tal-wiċċ trid tinkiseb mit-tagħqid ta' ilqugħ ġeoloġiku u l-inforrar tal-qiegħ matul il-fażi operazzjonali/attiva u bit-tagħqid ta' ilqugħ ġeoloġiku u l-inforrar tal-qiegħ matul il-fażi operazzjonali/attiva u bit-tagħqid ta' ilqugħ ġeoloġiku u linjar tal-wiċċ matul il-fażi passiva/wara l-għeluq.
|
|
3.2.
|
l-ilqugħ ġeoloġiku huwa stabbilit minn kundizzjonijiet ġeoloġiċi u idroġeoloġiċi taħt u fil-viċinanza ta' sit ta'
►C1
landfill ◄ li jipprovdu kapaċitá ta' żieda suffiċjenti għall-prevenzjoni ta' riskju potenzjali għall-ħamrija u ilma tal-qiegħ.
Il-bażi u l-ġnub
►C1
tal-landfill ◄ irid jikkonsisti minn saff minerali li jissodisfa u l-ħtiġijiet ta' permeabilitá u ħxuna b'effett kombinat fit-termini ta' protezzjoni tal-ħamrija, ilma tal-qiegħ u tal-wiċċ għall-inqas ekwivalenti għal dak li jirriżulta mill-ħtiġijiet li ġejjin:
—
►C1
landfill ◄ għal skart perikoluż: K ≤ 1,0 × 10 -9 m/s; ħxuna ≥ 5 m,
—
►C1
landfill ◄ għal skart mhux perikoluż: K ≤ 1,0 × 10 -9 m/s; ħxuna ≥ 1 m,
—
►C1
landfill ◄ għal skart inerti: K ≤ 1,0 × 10 -7 m/s; ħxuna ≥ 1 m,
m/s: metru/sekonda.
Fejn ilqugħ ġeoloġiku ma jkun konformi naturalment mall-kundizzjonijiet ta' hawn fuq jista' jiġi komplut artifiċjalment u imsaħħaħ b'mezzi oħra li jagħtu protezzjoni ekwivalenti. Ilqugħ ġeoloġiku stabbilit artifiċjalment ma jridx ikun irqaq min 0,5 metri.
|
|
3.3.
|
B'żieda għall-ilqugħ ġeoloġiku spjegat hawn fuq kollezzjoni ta' lissija u sistema ta' siġillar trid tiġi miżjuda bi qbil mall-prinċipji li ġejjin sabiex tkun żgura li akkumulazzjoni ta' lissija fil-bażi
►C1
tal-landfill ◄ tkun mill-inqas:
Kollezzjoni ta' lissija u siġillar tal-qiegħMALTESE TRANSLATION TO THE FOLLOWING TIFF IMAGE IS FOUND BELOW
|
Kategorija
►C1
tal-landfill ◄
|
mhux perikoluż
|
perikoluż
|
|
Linjar ta' siġillar artifiċjali
|
meħtieġ
|
meħtieġ
|
|
Saff ta' drenaġġ ≥ 0.5 m
|
meħtieġ
|
meħtieġ
|
L-Istati Membri jistgħu jeżiġu ħtiġijiet ġenerali jew speċifiċi
►C1
għal-landfill ◄ ta' skart inerti jew għall-karatteristiċi tal-mezzi tekniċi msemmija hawn fuq.
Jekk l-awtoritá kompetenti wara konsiderazzjoni tal-periklu potenzjali għall-ambjent tiskopri li l-prevenzjoni tal-formazzjoni ta' lissija tkun neċessarja, siġillar tal-wiċċ jista' jiġi preskritt. Rakkomandazzjonijiet għas-siġillar tal-wiċċ huma kif ġej:
|
Kategorija ta'
►C1
landfill ◄
|
mhux perikoluż
|
perikoluż
|
|
Saff ta' gass tad-drenaġġ
|
meħtieġ
|
mhux meħtieġ
|
|
Linjar ta' siġillar artifiċjali
|
mhux meħtieġ
|
meħtieġ
|
|
Saff minerali impermeabbli
|
meħtieġ
|
meħtieġ
|
|
Saff tad-drenaġġ > 0.5 m
|
meħtieġ
|
meħtieġ
|
|
Għata tal-ħamrija ta' fuq > 1 m
|
meħtieġ
|
meħtieġ
|
|
|
3.4.
|
Jekk, fuq il-bażi ta' stima ta' riskji ambjenatli tiġi kunsidrata, partikolarment, d-Direttiva 80/68/KEE (
7
), l-awtoritá kompetenti tkun iddeċidiet, bi qbil mas-Sezzjoni 2 (“Kontroll ta' l-ilma u amministrazzjoni tal-lissija”), li kollezzjoni u trattament ta' lissija ma tkunx neċessarja jew ġie stabbilit li
►C1
l-landfill ◄ qiegħda fil-pożizzjoni ta' l-ebda potenzjal perikoluż għall-ħamrija, ilma tal-qiegħ jew tal-wiċċ, il-ħtiġijiet fil-paragrafi 3.2 u 3.3 hawn fuq jistgħu konsegwentement jitnaqssu. Fil-każ ta'
►C1
landfill ◄ għall-iskart inerti dawn il-ħtiġijet jistgħu jiġu adattati b'leġiżlazzjoni nazzjonali.
|
▼M4 —————
▼B
4. Kontroll ta' gass
|
4.1.
|
Miżuri xierqa jridu jittieħdu sabiex jikkontrollaw l-akkumulazzoni u migrazzjoni ta' gass
►C1
tal-landfill ◄ (l-Anness III).
|
|
4.2.
|
Gass
►C1
tal-landfill ◄ irid jiġi miġbur minn kull
►C1
landfill ◄ li tirċievi skart bijodegradabbli u l-gass
►C1
tal-landfill ◄ irid jiġi trattat u użat. Jekk il-gass miġbur ma jkunx jista' jiġi użat biex jipproduċi enerġija, jrid jiġi maħruq.
|
|
4.3.
|
Il-kollezzjoni, trattament u użu ta' gass
►C1
tal-landfill ◄ skond il-paragrafu 4.2 irid isir b'manjiera li tnaqqas il-ħsara għal jew deterjorazzjoni tal-ambjent u riskju għas-saħħa tal-bniedem.
|
5. Inkonvenjenzi u perikli
Miżuri għandhom jittieħdu biex jittnaqsu l-inkonvenjenzi u l-perikli li jiġu
►C1
mil-landfill ◄ permezz ta':
—
materjali li jtiru bir-riħ,
—
għasafar, vermini u insetti,
►C1
Il-landfill ◄ għandha tkun armata tant li trab li joriġina mis-sit ma jinfirixx fuq toroq pubbliċi u l-art ta' madwaru.
6. Stabbilitá
It-tqegħid ta' skart fuq is-sit irid isir b'ċerta mod li jiżgura stablilitá tal-massa ta' skart u strutturi assoċjati, partikolarment rigward il-ħelsien min żlieq. Fejn ilqugħ hemm artifiċjali jrid ikun aċċertat li s-sottostratum ġeoloġiku, b'konsiderazzjoni tal-morfoloġija
►C1
tal-landfill ◄ , huwa stabbli suffiċentament li jipprevjeni tartru li jista' jikkawża ħsara għall-ilqugħ.
7. Ilqugħ
L-ilqugħ irid ikun assigurat li jipprevjeni aċċess ħieles għas-sit. Il-gradi jridu jiġu imsakkra wara l-ħin tax-xogħol. Is-sistema ta' kontroll u aċċess għal kull faċilitá jrid ikollha programm ta' miżuri li jikxfu u jiskoraġixxi rimi illegali fil-faċilitá.
▼M3
8. Ħżin temporanju ta’ merkurju metalliku
Għall-finijiet ta’ ħżin temporanju ta’ merkurju metalliku għal aktar minn sena, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
—
Il-merkurju metalliku għandu jiġi maħżun separatament minn skart ieħor;
—
Il-kontenituri għandhom jiġu maħżuna f’baċiri għall-ġbir miksija b’mod xieraq sabiex ma jkollhomx xquq u fetħiet, u li jkunu impermeabbli għall-merkurju metalliku b’volum xieraq li jkun jista’ jżomm il-kwantità ta’ merkurju maħżun;
—
Is-sit tal-ħżin għandu jiġi pprovdut permezz ta’ barrieri naturali jew mibnija apposta li jkunu xierqa biex l-ambjent jiġi protett minn emissjonijiet tal-merkurju u b’volum xieraq li jkun jista’ jżomm il-kwantità totali ta’ merkurju maħżun;
—
L-art tas-siti tal-ħżin għandha tkun koperta b’materjal li jissiġilla li huwa reżistenti għall-merkurju. Għandha tiġi pprovduta żerżieqa b’fossa għall-ġbir;
—
Is-sit tal-ħżin għandu jkun mgħammar b’sistema ta’ protezzjoni kontra n-nirien;
—
Il-ħżin għandu jsir b’tali mod li jiġi żgurat li l-kontenituri kollha jistgħu jiġu rkuprati faċilment.
▼B
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:31999L0031
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|