|
+Artikolu 4 3. |
Artikolu 4 3.L-Istati Membri jistgħu jinnominaw korp ta' l-ilma tal-wiċċ bħala artifiċjali jew modifikat ħafna, meta:
(a)
il-bidliet fil-karatteristiċi idromorfoloġiċi ta' dak il-korp li huma meħtieġa sabiex jinkiseb stat ekoloġiku tajjeb ikollhom effetti sinifikanti kuntrarji fuq:
(i)
ambjent usa';
(ii)
navigazzjoni, inklużi faċilitajiet tal-port, jew rikreazzjoni;
(iii)
attivitajiet li għall-iskopijiet tagħhom l-ilma jiġi maħżun, bħal forniment ta' l-ilma tax-xorb, ġenerazzjoni tal-elettriku jew irrigazzjoni;
(iv)
regolazzjoni ta' l-ilma, protezzjoni minn dulluvji, drenaġġ ta' l-art, jew
(v)
attivitajiet oħra sostenibbli ta' żvilupp uman ugwalment importanti;
(b)
l-għanijiet ta' benefiċċju li l-karatteristiċi artifiċjali jew modifikati ħafna tal-korp ta' l-ilma jservu, ma' jistgħux, minħabba raġunijiet ta' fattibilità teknika jew spejjeż disproporzjonati, raġonevolment ikunu miksuba b'modi oħra, li huma għażla sinifikanti ta' ambjent aħjar. Desinjazzjoni simili u r-raġunijiet għaliha jridu jkunu imsemmija speċifikament fil-pjanijiet ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara meħtieġ skond l-Artikolu 13 u riveduti kull sitt snin. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|