+Artikolu 14a
---+Artikolu 14a 1.
---+Artikolu 14a 2.
---+Artikolu 14a 3.
---+Artikolu 14a 4.
---+Artikolu 14a 5.
---+Artikolu 14a 6.
|
Artikolu 14a
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 14a 1.
|
F'konformità mal-objettiv li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (
14
), iffirmata f'Aarhus fil-25 ta' Ġunju 1998, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li f'konformità mas-sistema legali nazzjonali rilevanti, il-membri tal-pubbliku kkonċernati jkollhom aċċess għal proċedura ta' rieżami quddiem qorti tal-ġustizzja jew korp indipendenti u imparzjali ieħor stabbilit bil-liġi, biex jikkontestaw il-legalità sostantiva jew proċedurali ta' deċiżjonijiet, atti jew ommissjonijiet soġġetti għall-Artikoli 4 u 11 u l-Artikolu 13(1) ta' din id-Direttiva, fejn tiġi ssodisfata mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
ikollhom interess suffiċjenti; jew
(b)
isostnu li kien hemm indeboliment ta' dritt, meta l-liġi amministrattiva proċedurali ta' Stat Membru tirrikjedi dan bħala prekundizzjoni.
|
|
Artikolu 14a 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw x'jikkostitwixxi interess suffiċjenti u indeboliment ta' dritt, f'konsistenza mal-objettiv li l-pubbliku kkonċernat jingħata aċċess wiesa' għall-ġustizzja. Għal dan il-fini, l-interess ta' kull organizzazzjoni mhux governattiva li tippromwovi l-protezzjoni tal-ambjent u li tissodisfa rekwiżiti imposti skont id-dritt nazzjonali għandu jitqies suffiċjenti għall-finijiet tal-paragrafu 1(a). Għall-fini tal-paragrafu 1(b), tali organizzazzjonijiet għandhom jitqiesu wkoll li għandhom drittijiet li jistgħu jiġu mfixkla.
|
|
Artikolu 14a 3.
|
Il-parteċipazzjoni fil-proċedura ta' rieżami ma għandhiex tkun tiddependi fuq ir-rwol li kellu l-membru tal-pubbliku kkonċernat matul fażi parteċipattiva tal-proċeduri tat-teħid ta' deċiżjonijiet skont din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 14a 4.
|
L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw f'liema stadju jistgħu jiġu kkontestati d-deċiżjonijiet, l-atti jew l-ommissjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 14a 5.
|
Il-proċedura ta' rieżami għandha tkun ġusta, ekwa, f'waqtha u mhux għalja b'mod projbittiv, u għandha tipprevedi mekkaniżmi ta' rimedju adegwati u effettivi, inkluż rimedju b'mandat ta' inibizzjoni fejn ikun xieraq.
|
|
Artikolu 14a 6.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu informazzjoni prattika dwar l-aċċess għall-proċeduri ta' rieżami amministrattiv u ġudizzjarju msemmija f'dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32000L0060
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|