|
+Artikolu 14a 1. |
Artikolu 14a 1.F'konformità mal-objettiv li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali ( 14 ), iffirmata f'Aarhus fil-25 ta' Ġunju 1998, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li f'konformità mas-sistema legali nazzjonali rilevanti, il-membri tal-pubbliku kkonċernati jkollhom aċċess għal proċedura ta' rieżami quddiem qorti tal-ġustizzja jew korp indipendenti u imparzjali ieħor stabbilit bil-liġi, biex jikkontestaw il-legalità sostantiva jew proċedurali ta' deċiżjonijiet, atti jew ommissjonijiet soġġetti għall-Artikoli 4 u 11 u l-Artikolu 13(1) ta' din id-Direttiva, fejn tiġi ssodisfata mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
ikollhom interess suffiċjenti; jew
(b)
isostnu li kien hemm indeboliment ta' dritt, meta l-liġi amministrattiva proċedurali ta' Stat Membru tirrikjedi dan bħala prekundizzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|