|
+Artikolu 16 6. |
Artikolu 16 6.Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposti, fejn xieraq, għal kontrolli biex jinkisbu:
(a)
it-tnaqqis progressiv ta' ħruġ, emissjonijiet u telf ta' sustanzi prijoritarji, u, b'mod partikolari;
(b)
il-waqfien jew waqfien f'fażijiet ta' ħruġ, emissjonijiet u telf ta' sustanzi prijoritarji perikolużi kif identifikat skont il-paragrafu 3, inkluż fejn xieraq orarju għal dan l-iskop fi żmien 20 sena mid-deżinjazzjoni tas-sustanzi bħala sustanzi prijoritarji perikolużi. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tidentifika l-livell xieraq kosteffettiv u proporzjonat tal-kontrolli tal-prodotti u tal-proċessi, u l-kombinazzjoni xierqa tagħhom, kemm għas-sorsi ta' punt kif ukoll ta' tixrid u tqis il-valuri limitu tal-emissjonijiet uniformi mal-Unjoni kollha għall-kontrolli tal-proċessi. Meta xieraq, azzjoni fil-livell tal-Unjoni għall-kontrolli tal-proċessi tista' tiġi stabbilita skont is-settur. Meta l-kontrolli tal-prodotti jew tal-proċess jinkludu rieżami tal-awtorizzazzjonijiet rilevanti jew tal-approvazzjonijiet tas-sustanzi maħruġa skont id-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, id-Direttiva 2009/128/KE, ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, id-Direttiva 2010/75/UE, ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 jew ir-Regolament (UE) 2019/6, tali rieżamijiet għandhom jitwettqu skont id-dispożizzjonijiet ta' dawk id-Direttivi u r-Regolamenti kif indikat fl-Artikolu 7a tad-Direttiva 2008/105/KE. Tali rieżamijiet għandhom iqisu l-valutazzjoni tal-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 7a (1) tad-Direttiva 2008/105/KE. Kull proposta għal kontrolli għandha, fejn xieraq, tispeċifika l-arranġamenti għar-rieżami tagħhom u għall-aġġornament tagħhom u għal valutazzjoni tal-effettività tagħhom. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|