+Artikolu 16
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 16 3.
---+Artikolu 16 3a.
---+Artikolu 16 4.
---+Artikolu 16 4a.
---+Artikolu 16 4b.
---+Artikolu 16 5.
---+Artikolu 16 6.
---+Artikolu 16 7.

Artikolu 16

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 16 1.
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jadottaw miżuri speċifiċi kontra t-tniġġis tal-ilma minn kontaminanti individwali jew gruppi ta' kontaminanti li jippreżentaw riskju sinifikanti għall-ambjent akkwatiku jew permezz tiegħu, inkluż dawk ir-riskji għal ilmijiet użati għall-estrazzjoni tal-ilma tax-xorb. Għal dawk il-kontaminanti, il-miżuri għandu jkollhom il-mira li jnaqqsu progressivament is-sustanzi prijoritarji, kif definit fl-Artikolu 2(30), u fil-waqfien jew fil-waqfien gradwali ta' ħruġ, emissjonijiet u telf ta' sustanzi prijoritarji perikolużi, kif definit fl-Artikolu 2(30a). Tali miżuri għandhom jiġu adottati billi tittieħed azzjoni fuq il-proposti preżentati mill-Kummissjoni f'konformità mal-proċeduri stabbiliti fit-Trattat.
Artikolu 16 2.

Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-lista ta' sustanzi prijoritarji u l-istandards ta' kwalità ambjentali għal dawk is-sustanzi kif jinsabu fil-Parti A tal-Anness I tad-Direttiva 2008/105/KE sal-11 ta’ Mejju 2032 u kull sitt snin minn hemm 'il quddiem, u, fejn xieraq, mar-rieżami tippreżenta proposta leġiżlattiva biex taġġorna l-lista ta' sustanzi prijoritarji u l-istandards ta' kwalità korrispondenti fl-ilma tal-wiċċ, is-sediment jew il-bijota. Meta twettaq ir-rieżami, il-Kummissjoni għandha tipprijoritizza s-sustanzi għal azzjoni abbażi tar-riskju għall-ambjent akkwatiku jew permezz tiegħu, identifikati minn:

(a) 

valutazzjoni tar-riskju mwettqa skont id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 15 ), ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 16 ), id-Direttiva 2009/128/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1107/2009 ( 17 ), (UE) Nru 528/2012 ( 18 ) u (UE) 2019/6 ( 19 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; jew

(b) 

proċedura simplifikata ta' valutazzjoni bbażata fuq ir-riskju msejsa fuq prinċipji xjentifiċi, b'kont meħud b'mod partikolari ta':

— 
evidenza rigward il-periklu intrinsiku tas-sustanza kkonċernata, u b'mod partikolari l-ekotossiċità akkwatika tagħha u t-tossiċità għall-bnedmin permezz ta' rotot akkwatiċi ta' esponiment,
— 
evidenza mill-monitoraġġ ta' kontaminazzjoni ambjentali mifruxa, inkluż data ta' monitoraġġ irrappurtata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 8b(4) tad-Direttiva 2008/105/KE, u
— 
fatturi oħra ppruvati li jistgħu jindikaw il-possibbiltà ta' kontaminazzjoni ambjentali mifruxa, bħall-produzzjoni jew il-volum tal-użu tas-sustanza kkonċernata, u x-xejriet tal-użu.
Artikolu 16 3.

Matul ir-rieżami msemmi fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tikkategorizza, fejn xieraq, is-sustanzi prijoritarji f’waħda jew aktar mill-kategoriji li ġejjin:

(a) 

sustanzi prijoritarji perikolużi;

(b) 

sustanzi li jaġixxu bħal sustanzi bijoakkumulattivi u tossiċi persistenti li jinsabu kullimkien (uPBTs);

(c) 

sustanzi li għandhom it-tendenza li jakkumulaw fis-sediment jew fil-bijota, jew fit-tnejn.

Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tqis l-identifikazzjoni tas-sustanzi ta' tħassib skont leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni dwar sustanzi perikolużi, inkluż ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 20 ), fi ftehimiet internazzjonali rilevanti, u fir-rapporti xjentifiċi rilevanti. Għandhom jitqiesu b'mod partikolari s-sustanzi li jissodisfaw il-kriterji fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 fejn il-kriterji ta' tħassib huma rilevanti għall-ambjent akkwatiku.

Artikolu 16 3a.
Bħala parti mir-rieżami u l-proposta li takkumpanjah imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tipproponi t-tneħħija ta' sustanzi mil-lista ta' sustanzi fil-Parti A tal-Anness I tad-Direttiva 2008/105/KE jekk dawn ma jkunux għadhom ta' riskju sinifikanti għall-ambjent akkwatiku fl-Unjoni jew permezz tiegħu u tinkludihom fir-repożitorju ta’ EQS armonizzati għal sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċiri tax-xmajjar fil-Parti C tal-Anness II ta' dik id-Direttiva. Il-proposta għandha tqis ir-riżultati tal-valutazzjonijiet tal-Istati Membri tal-pressjonijiet u l-impatti fuq il-korpi tal-ilma tal-wiċċ imwettqa skont l-Anness II ta' din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw l-EQS armonizzati korrispondenti jekk il-kontaminanti jkunu ta' tħassib nazzjonali jew reġjonali, f'konformità mal-Artikolu 8d tad-Direttiva 2008/105/KE.
Artikolu 16 4.
Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-lista ta' kontaminanti speċifiċi għall-baċini tax-xmajjar u l-EQS korrispondenti fil-Parti C tal-Anness II tad-Direttiva 2008/105/KE sal-11 ta’ Mejju 2032 u kull sitt snin minn hemm 'il quddiem, u, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva flimkien mar-rieżami biex tiġi aġġornata dik il-lista.
Artikolu 16 4a.

Meta tidentifika kontaminanti speċifiċi għall-baċini tax-xmara li għalihom jista' jkun meħtieġ li jiġu stabbiliti EQS fil-livell tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji li ġejjin:

(a) 

ir-riskju maħluq mill-kontaminanti, inkluż il-periklu tagħhom, il-konċentrazzjonijiet ambjentali tagħhom u l-konċentrazzjoni li 'l fuq minnha jistgħu jkunu mistennija l-effetti, kif ukoll bħala effetti kumulattivi possibbli;

(b) 

id-disparità bejn l-EQS nazzjonali stabbiliti għall-kontaminanti speċifiċi għall-baċini tax-xmara minn Stati Membri differenti u l-grad sa fejn tali disparità hija ġustifikabbli;

(c) 

in-numru ta' Stati Membri li diġà qegħdin jimplimentaw EQS għall-kontaminanti speċifiċi għall-baċini tax-xmajjar li qegħdin jiġu kkunsidrati.

Artikolu 16 4b.
Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-lista indikattiva tal-kategoriji ta' kontaminanti speċifiċi għall-baċini tax-xmajjar stabbilita fil-Parti A tal-Anness II tad-Direttiva 2008/105/KE sal-11 ta’ Mejju 2032 u kull sitt snin minn hemm 'il quddiem, u fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva mar-rieżami biex tiġi aġġornata dik il-lista.
Artikolu 16 5.

Sabiex tassisti lill-Kummissjoni fir-rieżami tagħha tal-Annessi I u II tad-Direttiva 2008/105/KE, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) għandha tħejji rapporti xjentifiċi, li jqisu dan li ġej:

(a) 

l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Valutazzjoni tar-Riskju (RAC)u tal-Kumitat għall-Analiżi Soċjoekonomika (SEAC) tal-ECHA;

(b) 

ir-riżultati tal-programmi ta' monitoraġġ stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 8 ta' din id-Direttiva;

(c) 

id-data ta' monitoraġġ miġbura f'konformità mal-Artikolu 8b(4) tad-Direttiva 2008/105/KE;

(d) 

l-eżitu tar-rieżamijiet tal-Annessi tad-Direttivi 2006/118/KE u (UE) 2020/2184;

(e) 

ir-rekwiżiti sabiex jiġi indirizzat it-tniġġis tal-ħamrija, inkluż id-data ta' monitoraġġ relatata;

(f) 

il-programmi ta' riċerka u l-pubblikazzjonijiet xjentifiċi tal-Unjoni, inkluż informazzjoni li tirriżulta minn teknoloġiji ta' telerilevament, mill-osservazzjoni tad-dinja, bħas-servizzi ta' Copernicus, minn sensuri u apparati in situ u mid-data xjentifika taċ-ċittadini, li jisfruttaw l-opportunitajiet offruti mill-intelliġenza artifiċjali u mill-analiżi u l-ipproċessar avvanzati tad-data;

(g) 

il-kummenti u l-informazzjoni mill-partijiet ikkonċernati rilevanti; u

(h) 

rakkomandazzjonijiet mill-gruppi ta' ħidma stabbiliti skont l-Istrateġija ta' Implimentazzjoni Komuni għad-Direttiva 2000/60/KE.

Sal-11 ta’ Mejju 2030 u kull sitt snin wara dan, l-ECHA għandha tħejji u tagħmel disponibbli għall-pubbliku rapport li jiġbor fil-qosor is-sejbiet tar-rapporti xjentifiċi mħejjija skont dan il-paragrafu.

Artikolu 16 6.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposti, fejn xieraq, għal kontrolli biex jinkisbu:

(a) 

it-tnaqqis progressiv ta' ħruġ, emissjonijiet u telf ta' sustanzi prijoritarji, u, b'mod partikolari;

(b) 

il-waqfien jew waqfien f'fażijiet ta' ħruġ, emissjonijiet u telf ta' sustanzi prijoritarji perikolużi kif identifikat skont il-paragrafu 3, inkluż fejn xieraq orarju għal dan l-iskop fi żmien 20 sena mid-deżinjazzjoni tas-sustanzi bħala sustanzi prijoritarji perikolużi.

Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tidentifika l-livell xieraq kosteffettiv u proporzjonat tal-kontrolli tal-prodotti u tal-proċessi, u l-kombinazzjoni xierqa tagħhom, kemm għas-sorsi ta' punt kif ukoll ta' tixrid u tqis il-valuri limitu tal-emissjonijiet uniformi mal-Unjoni kollha għall-kontrolli tal-proċessi. Meta xieraq, azzjoni fil-livell tal-Unjoni għall-kontrolli tal-proċessi tista' tiġi stabbilita skont is-settur. Meta l-kontrolli tal-prodotti jew tal-proċess jinkludu rieżami tal-awtorizzazzjonijiet rilevanti jew tal-approvazzjonijiet tas-sustanzi maħruġa skont id-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, id-Direttiva 2009/128/KE, ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, id-Direttiva 2010/75/UE, ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 jew ir-Regolament (UE) 2019/6, tali rieżamijiet għandhom jitwettqu skont id-dispożizzjonijiet ta' dawk id-Direttivi u r-Regolamenti kif indikat fl-Artikolu 7a tad-Direttiva 2008/105/KE. Tali rieżamijiet għandhom iqisu l-valutazzjoni tal-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 7a (1) tad-Direttiva 2008/105/KE. Kull proposta għal kontrolli għandha, fejn xieraq, tispeċifika l-arranġamenti għar-rieżami tagħhom u għall-aġġornament tagħhom u għal valutazzjoni tal-effettività tagħhom.

Artikolu 16 7.
Il-Kummissjoni tista' tipprepara strateġiji kontra t-tniġġis tal-ilma minn kwalunkwe kontaminant ieħor jew minn kwalunkwe grupp ieħor ta' kontaminanti, inkluż kwalunkwe tniġġis li jseħħ bħala riżultat ta' inċidenti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32000L0060
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.