|
+Artikolu 8 Emenda għar-Regolament (KEE) Nru 613/91 |
Artikolu 8 Emenda għar-Regolament (KEE) Nru 613/91Artikolu 8 Emenda għar-Regolament (KEE) Nru 613/91 Ir-Regolament (KEE) Nru 613/91 huwa hawnhekk emendat kif ġej: 1. L-Artikolu 1(a) għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej: “(a) ‘Konvenzjonijiet’ tfisser il-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Sigurtà tal-Ħajja fil-Baħar ta' l-1974 (1974 Solas), il-Konvenzjoni Internazzjonali tal-Linji tat-Tagħbija (LL66) ta' l-1966 u l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Bastimenti (Marpol 73/78), fil-verżjonijiet aġġornati tagħhom, u riżoluzzjonijiet irrelatati ta' status mandatorja adottati mill-Oganizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO).” 2. L-Artikoli 6 u 7 għandhom jiġu ssostitwiti b'dan li ġej: “Artikolu 6 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat ta' l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastyimenti (COSS) maħluq permezz ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru ta' l-2002 li jistabilixxi Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS) ( *1 ). 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju ta' l-1999 li jistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju ta' poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni ( *2 ) għandhom japplikaw, b'qies għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tiegħu. Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/48/KE għandu jkun stabbilit f'xahrejn. 3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu. Artikolu 7 L-emendi għall-istrumenti internazzjonali msemmija fl-Artikolu 1 jistgħu jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, ma' l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|